Lokali

Illum qed issir il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista

Għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar ngħata bidu għall-maratona ġbir ta’ fondi organizzata mil-Partit Nazzjonalista…. maratona li tibqaa għaddejja sal-11 tal-lejla… bi trażmissjoni live kemm fuq Net Television kif ukoll fuq Net FM.

Il-ftuħ sar mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino kif ukoll mis-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv Stefan Caruana. Michael Piccinino stqarr li llum huwa importanti li wieħed ikun ġeneruż mal-Partit Nazzjonalista… għax il-Partit m’għandux xandir nazzjonali fejn jista’ jwassal il-messaġġ tiegħu bħalma għandu l-Gvern. Huwa qal li l-PN huwa l-bidla li pajjiżna verament għandu bżonn.

Min-naħa tiegħu Stefan Caruana qal li n-nies jixirqilhom aħjar u ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jingħaqad mal-Partit u jagħti d-donazzjoni tiegħu.

Matul il-Maratona se jipparteċipaw diversi Deputati Parlamentari Nazzjonalisti kif ukoll bosta attivisti tal-Partit Nazzjonalista.

Wieħed jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħi billi jiġi d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista jew inkella jċempel fuq dawn in-numri: