Futbol Sport

Karim Benzema jħalli lil Real Madrid wara 14-il sena

L-attakkant u l-captain ta’ Real Madrid Karim Benzema se jħalli lil-klabb Spanjol hekk kif mhuwiex se jestendi l-kuntratt tiegħu li skada ftit ta’ jiem ilu.

Benzema se jispiċċa l-avventura tiegħu mal Los Blancos bħala l-iktar plejer li rebaħ l-unuri mat-tim, bl-istess ammont ta’ Marcelo li rebaħ 25 unur.

Ir-rebbieħ tal-Ballon D’or tal-istaġun li għadda lagħab total ta’ 643 partita ma’ Real Madrid, fejn sab ix-xibka 353 darba u kiseb 165 assist, biex b’hekk huwa meqjus bħala t-tieni l-iktar plejer li skurja gowls ma’ Real Madrid wara Cristiano Ronaldo, kif ukoll l-iktar plejer li għandu assists f’ismu.

Benzema mistenni jagħti l-aħħar tislima tiegħu lill-partitarji ta’ Real Madrid f’konferenza nhar it-Tlieta li ġej.

Ħafna rapporti jindikaw li l-attakkant se jingħaqad mat-tim mill-Arabija Sawdija Al Ittihad.