Lokali

“Ma nistgħux nifhmu kif jeżistu nies li jisirqu lill-marid” – Puttinu Cares

“Ma nistgħux nifhmu kif jeżistu nies li jisirqu lill-marid”

Dan intqal f’post fuq Facebook minn Puttinu Cares hekk kif għamlu appell sabiex jinstab ir-raġel li seraq bott tad-donazzjonijiet minn ħanut f’Raħal Ġdid.

Din is-serqa seħħet fl-1 ta’ Ġunju.

Filmat li ntbgaħat fi stqarrija juri raġel iħares lejn l-entratura tal-ħanut fejn imbagħad ftit tal-ħin wara filmat ieħor juri lil dan l-istess raġel ħiereġ mill-ħanut u jieħu dan il-bott li kien jinsab fejn il-cash register. Dak il-ħin il-ħanut kien vojt.

Puttinu Cares qalu li jiddispjaċihom ferm għal dan l-aġir tan-nies hekk kif id-donazzjonijiet misruqa jgħinu lil dawk in-nies li għandhom bżonn jingħataw il-kura barra minn xtutna.