“Quddiem l-isfidi li qed jaffaċċja l-poplu, il-PN huwa gvern alternattiv fejn qed joħroġ ukoll bi proposti konkreti li permezz tagħhom inti tkun tista’ tgħix ħajja aħjar. Min-naħa l-oħra għandek lil Robert Abela li huwa mifxul bil-problemi interni li għandu.”
Kliem il-Kap tal-PN Bernard Grech meta dalgħodu kien intervista fuq Net TV.
Dwar l-isfida tal-għoli tal-ħajja, Bernard Grech qal li din hija kriżi li qed taffettwa lil kulħadd, għalhekk huwa essenzjali li l-Gvern ma jibqax biss jitkellem fuq din il-problema iżda jsib soluzzjonijiet konkreti.
Saħaq li l-PN huwa determinat li jindirizza din il-problema ferjn saret konstultazzjoni ma’ dawk kollha involuti…. fosthom proposta li jkun hemm fond nazzjonali ta’ miljuni ta’ ewro li jgħin lil dawk kollha li jimpurtaw u jesportaw.
Il-Kap tal-PN għamel referenza wkoll għall-proposti li ma tkunx intaxxata ż-żieda għall-għoli tal-ħajja… magħrufa bħala COLA.
Sostna li issa huwa evidenti li anke fejn jidħol l-ambjent il-Gvern m’għandu ebda idea biex jindirizza l-mudell ekonomiku li għandu bżonn pajiżna. Huwa rrefera għal dak li qal il-Ministru Clyde Caruana, li fi 17-il sena oħra, il-popolazzjoni ta’ Malta x’aktarx titla’ għal 800,000… ħaġa li żgur se tħalli impatt fuq pajjiżna. Bernard Grech qal li l-PN minn dejjem ilu josserva din ir-realtà li qed jaffaċċja pajjiżna… għalhekk, l-importanza ta’ mudell ekonomiku ġdid li jibbaża verament fuq il-kwalità u mhux fuq il-kwantità.
Il-Kap tal-PN tkellem ukoll fuq l-ambjent fejn qal li għax il-PN verament jemmen li l-ambjent huwa prijorita jrid jindirizza din il-ħaġa b’mod tangibbli fejn iċ-ċittadini jingħataw d-dritt fundamentali tagħhom li jkollhom ambjnet san.
Għalhekk huwa insista fuq l-importanza ta’ koalizzjoni mal poplu Malti u Għawdxi kollu… fejn kulħadd ikun parti mid-deċiżjonijet li jieħu pajjiżna… politika ambjentali flimkien man-nies u mal-entitajiet ambjentali kollha.
Dwar l-istazzjon nazzjonali, Bernard Grech qal li Robert Abela ħataf l-istazzjon nazzjonali biex il-poplu ma jkunx jaf il-verità. Huwa qal li l-poplu ma jiflaħx iktar dan it-tip ta’ kontroll… kontroll fuq kollox mill-Gvern ta’ Robert Abela.
Fid-diskrs tiegħu Bernard Grech feraħ lill-atleti Maltin li rrappreżentaw lil pajjiżna fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar.. b’dan is-suċċess ikompli jimlih b’kuraġġ.
Huwa qal li għalhekk huwa sabiħ li pajjiżna jkompli jinvesti fl-isport u anke fl-infrasttura fejn ikunu jistgħu jagħmlu t-taħriġ tagħhom. Il-Kap tal-PN appella sabiex l-iskola tal-isport li kienet benniena tal-PN… tkompli tissaħħaħ u jsir iktar investiment fiha.
//= $special ?>