Futbol Sport

Serie A: Napoli jiċċelebraw b’rebħa fuq Sampdoria

Fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat Serie A, Napoli ingħataw it-tazza u ġew inkurunati c-champions għat-tielet darba fl-istorja tagħhom.

Fil-partiti l-oħra, Atalanta u Roma kkonfermaw posthom fil-UEFA Europa League wara li għelbu lil Monza u Spezia rispettivament.Hellas Verona se jkollhom jaffrontaw lil Spezia sabiex jiddeterminaw minn se jkun relegat il-Ħadd 11 ta’ Ġunju fid-8:45pm, hekk kif iż-żewġ timijeit temmew bl-istess ammont ta’ punti b’31 punt.

Din se tkun l-ewwel play off għar-relegazzjoni mill-2005, fejn dak iż-żmien Parma għelbu lil Bologna b’aggregate ta’ 2-1.

Napoli 2-0 Sampdoria

Napoli għalqu l-istaġun b’rebħa ta’ 2-0 fuq Sampdoria.

Victor Osimhen fetaħ l-iskor fl-64 minuta biex skurja s-26 gowl tiegħu f’ dan l-istaġun biex ikkonferma ruħu bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat għal dan l-istaġun.

Fil-85 minuta Giovanni Simeone ssiġilla r-rebħa minn pass preċiż ta’ Raspadori.

Udinese v Juventus 0-1

Wara staġun mimli b’diffikultajiet, Juventus temmew fis-sebgħa post fil-klassifika b’rebħa minima fuq Udinese ta’ 0-1, minkejja din ir-rebħa, riżultati mhux favorevoli fil-partiti bejn Atalanta u Monza kif ukoll Roma u Spezia ifisser li t-tim imexxi minn Allegri se jilagħbu fil-UEFA Conference League għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom.

L-ewwel taqsima bla gowls bejn Udinese u Juventus bl-andament tal-partita jkun bilanċjat.

Il-gowl tar-rebħa wasal fit-68 minuta permezz ta’ Federico Chiesa li għeleb lil Silvestri b’konklużjoni b’saħħita mil-lemin.

Roma v Spezia 2-1

Roma kisbu rebħa drammatikat ta’ 2-1 kontra Spezia fi Stadio Olimpico fl-aħħar partita tal-istaġun, biex b’hekk se jkunu qed jilagħbu fil-UEFA Europa League.

Spezia ħasdu lill-avversarji tagħhom wara 8 minuti permezz ta’ daqqa ta’ ras minn Dimitros Nikalaou minn kross ta’ Bourabia.

Roma rnexxielhom jiksbu d-draw minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Nicola Zalewski li sab ix-xibka b’xutt angolat minn naħa tal-lemin.

Paulo Dybala skurja l-gowl tar-rebħa fl-aħħar mumenti tal-partita minn penalty li wasal minn foul kommess mid-difensur Franċiż Amian fuq El Shaarawy.

Atalanta v Monza 5-2

Atalanta kkonfermaw posthom fil-UEFA Europa League għall-istaġun li ġej b’rebħa komda ta’ 5-2 fuq Monza.

Protagonista fir-rebħa kien il-midfielder Belġjan Teun Koopmeiners li skurja l-ewwel tripletta tiegħu mal-klabb.

L-ewwel gowl tal-Belġjan wasal wara 12-il minuta logħob minn suġġeriment tad-difensur laterali Maehke.

Ftit mumenti qabel tmiem l-ewwel taqsima Koopmeiners skurja t-tieni gowl personali tiegħu u kompla jkabbar il-vantaġġ minn pass preċiż tal-midfielder Pasalic.

Fil-51 minuta Monza skurjaw gowl li finalment kien jiswa biss ta’ konsolazzjoni permezz ta’ Andrea Colpani.

Il-gowls komplew ġejjien għal Atalanta b’din id-darba l-attakkant żagħżugħ Mie Hojlund iniżżel ismu mal-iskorers fl-74 minuta minn suġġeriment ta’ Ederson.

Teun Koopmeiners kiseb l-unika tripletta tal-istaġun tiegħu fl-aħħar partita hekk kif skurja t-tielet gowl personali tiegħu fid-79 minuta b’konkluzjoni eċċezzjonali minn nofs il-grawnd hekk kif ra lil goalkeeper naqra l-barra u ttanta xortih.

Żewġ minuti wara Atalanta sofrew gowl ieħor din id-darba mill-ex plejer tagħhom Andrea Petagna li sab ix-xibka minn pass tal-midfielder Rovella.

Luis Muriel kien l-aħħar plejer li niżżel ismu mal-iskorers ftit mumenti qabel l-aħħar suffara.

Milan v Hellas Verona 3-1

F’San Siro, Milan għelbu lil Hellas Verona 3-1 f’partita missielta.

Rebħa li ma tfisser xejn għal Milan hekk kif diġa kienu kkonfermati mal-ewwel erbgħa fil-klassifika, madankollu telfa diżappuntanti għal kollox għal Hellas Verona hekk kif issa se jkollhom jaffrontaw lil Spezia fil-play off għar-relegazzjoni.

Olivier Giroud fetaħ l-iskor ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta għeleb lil Montipo minn penalty minn foul kommess minn Ngonge fuq Brahim Diaz.

Hellas Verona kisbu d-draw fit-72 minuta permezz tad-difsensur laterali Davide Faraoni minn pass ta’ Lazovic.

B’xortihom ħażina, Hellas Verona marru minn taħt għat-tieni darba fil-partita minn gowl tat-talisman ta’ Milan Rafael Leao meta sab ix-xibka minn b’konlużjoni kalma minn azzjoni personali.

Milan isiġillaw ir-rebħa fit-92 minuta meta l-istess Rafael Leao sab ix-xibka għat-tieni darba, din id-darba minn suġġeriment ta’ Saelemaekers.

Lecce v Bologna 2-3

Bologna dawwru telfa f’rebħa kontra Lecce bl-iskor finali jkun ta’ 3-2.

Lameck Banda ta’ Lecce fetaħ l-iskor wara 17-il minuta logħob minn pass ta’ Strefezza.

Bologna stennew sat-tieni taqsima biex kisbu d-draw b’Marko Arnautovic ikun l-awtur tal-gowl.

Bologna marru fil-vantaġġ fil-81 minuta permezz ta’ Joshua Zirkzee, b’Lecce jagħmlu l-iskor 2-2 ftit minuti wara permezz ta’ Remi Oudin.

Bologna skurjaw il-gowl tar-rebħa fis-96 minuta meta Lewis Fergusen sab ix-xibka minn xutt minn barra l-kaxxa.

Riżultati

Il-Ġimgħa: Sassuolo v Fiorentina 1-3
Is-Sibt: Torino v Inter 0-1, Empoli v Lazio 0-2, Cremonese v Salernitana 2-0
Illum: Napoli v Sampdoria 2-0, Milan v H.Verona 3-1, Atalanta v Monza 5-2, Lecce v Bologna 2-3, Roma v Spezia 2-1, Udinese v Juventus 0-1