Novak Djokovic avvanza għar-rawnd li jmiss b’rebħa komda fuq Juan Pablo Varillas bl-iskor ta’ 6-3 6-2 6-2.
L-ispanjol Carlos Alcaraz ukoll għadda għall-kwarti finali meta għeleb lit-Taljan Lorenzo Musetti bl-istess skor tal-partita bejn Djokovic u Varillas.
Djokovic u Alcaraz għadhom fiċ-ċans li jiltaqgħu fis-semi finali jekk jegħlbu l-avversarji rispettivi tagħhom, b’Djokovic jaffronta lill-plejer Russu Karen Khachanov, filwaqt li Alcaraz li huwa kklassifikat bħala l-aħjar plejer fid-dinja fil-klassifika tal-plejers internazzjonali se jilgħab kontra l-Grieg Stefanos Tsitsipaas.
Fiċ-ċirkustanza li Djokovic jirbaħ it-turnew kollu, il-plejer Serb jikser ir-rekord ta’ Nadal ta’ l-iktar plejer li rebaħ Grand Slams, bir-rekord kurrenti jkun ta’ 22 Grand Slam.
//= $special ?>