Lokali Parlament

Art pubblika kbira fil-Marsa se tingħata b’valur ta’ erba’ snin ilu; l-Oppożizzjoni topponi

Darren Carabott, PN

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Oppożizzjoni qed topponi li jitneħħew kundizzjonijiet fil-kuntratt beix ikun possibbli li art kbira pubblika fil-Marsa tingħata għal żvilupp privat b’valutazzjoni ta’ erba’ snin ilu.

Fil-parlament Darren Carabott qal li mhux minnu li l-Oppożizzjoni hi dejjem kontra għaliex fil-fatt l-Oppożizzjoni tivvota favur f’diveri proġetti. L-Oppożizzjoni tħares l-interess pubbliku, sostna Darren Carabott, li kompla li din hi propjetà pubblika ħdejn fejn kien hemm l-Edible Oil fil-Marsa u għalhekk għandha tingħata kunsiderazzjoni meħtieġa.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Oppżizzjoni talbet għall-valutazzjoni, skrutinatha u kkonkludiet li din mhi reali. Għalhekk l-Oppożizzjoni talbet il-kalkoli kif din saret il-valutazzjoni minħabba li riedet tkun ċerta li l-prezz kien wieħed validu. L-Oppożizzjoni għamlet l-analiżi tagħha u qalet li fl-2023 tressqu valutazzjonijiet maħduma fuq l-2019; erba’ snin qabel. Iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Artijiet stess qal lit-tħassib dwar dan kien tagħna lkoll.

L-Oppożizzjoni ma tistax taċċetta prezzijiet ta’ erba’ snin qabel għaliex kulħadd jaf li l-valutazzjoni għandha tittieħed meta tkun qed titneħħa l-kundizzjoni u mhux fuq ċifri ta’ erba’ snin qabel. Dan għaliex il-prezz tal-propjetà u l-kundizzjonijiet fuq l-immobbli qiegħed dejjem jiżdeid.

Mhux minnu li l-prezzijiet tal-propjetà naqsu fl-aħħar erba’ snin anzi din splodiet fil-prezz fl-aħħar erba’ snin. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll fuq l-art pubblika, sostna Darren Carabott, li kompla li l-gvern m’għamilx rikonsiderazzjoni tal-valutazzjoni meta l-propjetà kompliet tgħola.

Il-gvern għandu responsabbiltà li jopera fl-aqwa interess tal-pubbliku, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li mhux daqshekk diffiċli li l-gvern jagħmel valutazzjoni fuq din is-sena.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-pajjiż għandu problema dejjem tikber ta’ disponibbiltà ta’ art waqt li l-gvern qed ikompli jkabbar il-popolazzjoni. L-Oppożizzjoni lesta taqbel iżda l-art għandha tingħata valur li tixraq lill-poplu; l-Oppożizzjoni trid prezz aġġustat skont il-prezzijiet tal-lum.

Darren Carabott kompla li din l-attitudini seħħet f’diversi każi oħra u kompla li l-vlaur tal-art tal-poplu għandha tinżamm. Hu semma’ dak li seħħ fl-2022 fil-każ tal-AUM, meta 31,000 metru kwardu ta’ art ingħataw valur ta’ 47 ċenteżmu l-metru kwadru. L-Oppożizzjoni marret għand l-Awditur Ġenerali biex isir rapport bix l-art tingħata valur; l-Oppożizzjoni qed tibqa’ taġixxi fl-interess pubbliku. Dan qed jerġa’ jseħħ, qal id-deputat Nazzjonalista, li kompla li d-dritt tal-Ambejt ifisser li l-Oppożizzjoni għandha għal qalbha l-aqwa użu tal-art.