Futbol Sport

Id-decider bejn min se jiġi relegat mis-Serie A se tintlagħab nhar il-Ħadd

(Ritratt: EPA)

Id-decider bejn Spezia u Verona se jintlagħab nhar il-Ħadd li ġej, bil-ħin u l-istadium fejn se ssir din il-partita għadu jrid jiġi deċiż. Spezia u Verona temmew fis-17 u fit-18-il post rispettivament fil-klassifika finali tas-Serie A b’31 punt kull wieħed. Spezia tilfu 2-1 kontra Roma filwaqt li Verona tilfu 3-1 kontra Milan.

Matul dan l-istaġun, Spezia rebħu l-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet filwaqt li fit-tieni partita bejniethom temmew fi draw ta’ mingħajr gowls.

Minn dan l-istaġun, fis-Serie A kien deċiż li jekk żewġ timijiet jew aktar li jkunu qed jissieltu għall-kampjonat jew ikunu se jiġu relegati u jtemmu bl-istess ammont ta’ punti dawn jintlagħab decider bejniethom biex ikun deċiż il-verdett finali.