Lokali

It-titjiriet lejn Franza se jsiru kif skedati; possibiltà ta’ xi dewmien

L-Air Malta qed tavża li t-titjiriet li huma skedati li jsiru għada lejn Paris Charles de Gaulle u Paris Orly se jsiru kif skedati. Dan fid-dawl li se jkun qed isir strajk mill-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru fi Franza.

Minkejja li t-titjiriet mhux se jiġu kkanċellati, hemm possibiltà li t-tliet titjiriet li sejrin lejn Franza jesperjenzaw xi dewmien kawża ta’ dan.

Din mhix l-ewwel darba li qed isir strajk ta’ dan it-tip fi Franza. Fil-fatt, diversi rottot kellhom jitħassru fl-aħħar xhur hekk kif tul din is-sena biss kien hemm madwar 57 ġurnata bi strajk.