Lokali Qorti

Surġent tal-Pulzija tgħid kif pensjonant uża l-luzzu tiegħu għat-traffikar ta’ immigranti

Surġent tal-Pulzija xehdet fil-Qorti kif pensjonant ta’ 65 sena minn Birżebbuġa uża l-luzzu tiegħu biex jiġu traffikat numru ta’ immigranti bejn il-Libja u Malta u li sieħbu ta’ nazzjonalità Tuneżina kien involut ukoll f’dawn l-atti kriminali.Mill-investigazzjonijiet irriżulta li d-dgħajsa użata, Madonna tal-Karmnu 1, kienet irreġistrata fuq Roger Mangion.

Sadanittant Mohammed Derbel residenti Birkirkara wkoll kien involut f’din l-attività krimali fejn fid-dar tiegħu nstabu eluf ta’ ewro u dokumenti b’rabta ma’ isħma fil-Panama, satellite phome, mobile phones u xi sim cards.Dan ħareġ fil-kumpilazzjoni kontra Mangion u Derbel mix-xhieda tas-Surġenet Ylenia Scerri quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud meta bejn it-13 u l-14 ta’ Settembru li għadda kienu niżlu f’Delimara numru ta’ immigranti.

Fil-Qorti ħareġ li fl-14 ta’ Settembru fit-3.30am il-pulizija kienet ġiet infurmata dwar grupp ta’ migranti li ġew żbarkati illegalment f’Delimara, sewwasew biswit l-impjant tal-enerġija. Il-pulizija arrestat 10 individwi li kienu għadhom kif waslu fuq dgħajsa tal-qlugħ akkumpanjata minn luzzu.

Il-pulizija investigat ukoll is-sejħiet li saru fiż-żona u ntraċċaw telefon wieħed ta’ ċittadin barrani li diġà kien ammetta l-akkużi f’Settembru. Aktar tard ir-raġel qal lill-pulizija li kien segwa l-istruzzjonijiet ta’ Derbel fejn flimkien ma’ Mangion qed jiġu akkużati b’konfoffi kriminali u traffikar tal-bnedmin, reati li għalihom jistgħu jeħlu piena massima ta’ ‘l fuq minn erba’ snin.

L-ispettur Scerri qalet li fl-14 ta’ Settembru li għadda għall-ħabta tat-3.30am. l-Ispettur Karl Roberts infurmaha li rċieva telefonata mill-control room tal-Pulizija li ftit tal-minuti qabel, quddiem il-power station ta’ Delimara, kienu żbarkaw numru ta’ persuni minn fuq il-baħar, u li dawn allegatament kienu mmigranti.

Sa dak il-ħin l-informazzjoni kienet li dawn kienu ġew mgħbbija f’numru ta’ karozzi li kienu qegħdin jistennewhom fuq il-moll u grupp ieħor kienu qegħdin jistaħbew f’xi għelieqi tal-madwar.

Il-Pulizija tad-distrett flimkien ma’ tar-rapid intervention unit (RIU) marru fuq il-post, fejn irmnexxielhom iwaqqfu 10 persuni mill-Bangladesh, li meta ġew mitkellma qalu li kienu għadhom kif żbarkaw minn fuq grupp ta’ dgħajjes u li huma kienu telqu xi jiem qabel minn Zouara, ġewwa l-Libja.

Is-Surġent Serri qalet li warako llega tagħha kienet tkellem ma’ wieħed minn dawn l-immigranti u l-Pulizija kisbet in-numru tal-mobile tal-kaptan.“Wara li komplejna bl-investigazzjonijiet irriżultalna li dan il-mobile kien ta’ Yaser Hammoud li ġie arrestat fit-18 ta’ Settembru, 2022”, qalet ix-xhud.

Iltaqgħu ma’ vapur li kien qed iġorr l-immigranti

Fl-istqarrija li kien ta ammetta li flimkien ma’ tliet persuni oħra, fosthom Eġizzjan, kienu ħarġu fuq il-baħar u ltaqgħu ma’ vapur li kien qiegħed iġorr immigranti Sirjani, Bangladexi u Pakistani, u li iktar tard grupp minn dawn l-immigranti kien u nġiebu Malta u ddaħħlu llegalment fl-14 ta’ Settembru.

Yaser stqarr li waħda minn dawn id-dgħajjes, kien luzzu Malti li ggwidat id-dgħajsa li kienet qed iġġorr l-immigranti kienet qed tinstaq minn Eġizzjan. Yaser qal ukoll li hu kien imqabbad jagħmel dan ix-xogħol minn Tuneżin bil-laqam ta’ Saroukh, il-kaptan tad-dgħajsa bl-isem Madonna tal-Karmnu 1, l-istess dgħajsa ta’ Roġer Mangion kien involut fil-bejgħ ta’ dgħajsa li nbiegħet fuq il-baħar biex tintuża għall-ġarr ta’ immigranti.

Ix-xhud qalet li Yaser għaraf ir-ritratti ta’ dawn it-tliet persuni meta murija lilu mill-uffiċjali prosekuturi l-Ispetturi Lydon Zammit u Karl Roberts. Mangion kien arrestat fid-19 ta’ Settembru fejn fi stqarrija fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija qal li fit-8 ta’ Settembru, kien ħareġ fuq il-baħar b’waħda mid-dgħajjes bl-isem ta’ Pauline Maryli u li kienet inbiegħet lil xi nies mhux magħruf min huma sabiex tintuża għat-traffikar ta’ immigranti.

Il-Malti qal li biegħ id-dgħasa lit-Tuneżin

Mangion qal lill-Pulizija li għalkemm id-dgħahsa kienet tgħajjat lilu, hu kien biegħha lil Derbel magħruf aħjar bħala Saroukh li fuq il-lista tal-ekwipaġġ kien imniżżel bħala l-kaptan tad-dgħajsa Madonna tal-Karmnu 1.

Membru ieħor fil-lista tal-ekwiġaġġ, ċertu Sueb – Indonesjan li kien ġie arrestat u mitkellem mill-Pulizija kien stqarr li fir-8 ta’ Settembru li għadda flimkien ma’ Roger Mangion, Mohammed Derbel u Yaser Hamoud kienu ħarġu fuq il-baħar u ntaqaw ma’ bastiment kbir fejn fih kellu grupp ta’ immigranti u tawhom żewġ dgħajjes żgħar u rritornaw lura bid-dgħajjsa Madonna tal-Karmnu 1.

Sueb qal lill-Pulizija li s-soltu kien jara lil Derbel kuljum pero għaż-żmien tal-14 ta’ Settembru ma kienx rah għal xi jumejn jew tlieta u wara rah ġej bil-luzzu ma’ persuna Eġizzjana li ssemmiet qabel.

Aktar qabel Derbel instab li ma kellu ebda tip ta’ identifikazzjoni u kien se jitkeċċa minn Malta, imma fit-3 ta’ Ottubru kien  ġie arrestat miċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi, u wara saret tftittxija fid-dar tiegħu ġewwa Birkirkara fejn instabu 3,000 ewro fi flus kontanti, kari ta’ isħma f’kumpaniji fil-Panama, Satellite phone, diversi mobile phones u sim card. Kienu nstabu wkoll diversi dokumenti oħra b’rabta ma’ kordinaturi.

Meta tressqu l-Qorti fil-5 ta’ Ottubru li għadda, l-prosekuzzjoni qalet li Derbel qalilhom li ma kienx qiegħed iġorr il-passaport għax dan kien f’idejn Mangion. Mitlub jagħti l-indirizz tiegħu Derbel irrifjuta darbtejn li jikkopera u għaldaqstant ġie arrestat. Kien ħareġ ukoll li Derbel kien ilu Malta 10 snin jgħix Malta bħala immigrant illegali.