Ħames atleti Maltin, li jiffurmaw parti mill-Malta Triathlon Federation, fi tmiem il-ġimgħa kienu f’Madrid fejn ħadu sehem fil-European Triathlon Championships. Sfortunatament, speċjalment għal dawk l-atleti li huma tajbin l-aktar fl-għawm, it-tellieqa kellha tinbidel f’duathlonon u għalhekk ma sarx l-għawm, minħabba kwalità ħażina tal-ilma.
Danica Bonello spiċċat fit-tmien post overall minn 182 atleta filwaqt li kklassifikat fit-tieni post fl-age group tagħha u għalhekk kisbet midalja tal-Fidda.
Kai Azzopardi kiseb il-Bronż fl-age group tiegħu filwaqt li Ryan Muscat spiċċa fil-ħames post.
James Vassallo u Nick Sammut ukoll spiċċaw it-tellieqa f’pożizzjonijiet rispettabbli.