Futbol Sport

Uffiċjali | Mauro Camoranesi hu l-kowċ il-ġdid ta’ Floriana

Mauro Camoranesi

Mauro German Camoranesi hu l-kowċ il-ġdid ta’ Floriana. L-aħbar kienet ikkonfermata minn Floriana FC fl-aħħar ħinijiet, wara li l-paġna ta’ Replay fuq Facebook ippublika b’esklussiva ritratt tal-eks plejer internazzjonali Taljan jasal f’Malta u jippoża għar-ritratt mal-President tal-klabb, Johann Said u mad-Direttur ta’ Floriana, Sean Sullivan.

Ir-ritratt esklussiv ippubblikat fuq il-paġna ta’ Replay fuq Facebook, meta tħabbar li Camoranesi kien għadu kemm wasal f’Malta biex jibda l-avventura l-ġdida tiegħu bħala kowċ ta’ Floriana.

L-aħbar tasal wara li l-Greens għamlu offerta uffiċjali lill-eks rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2006, li fl-aħħar jiem kien ukoll f’pajjiżna għal negozjati wiċċ imb’wiċċ bejn iż-żewġ partijiet. Fl-aħħar sigħat, Camoranesi indika li jixtieq jaċċetta l-offerta li saritlu mit-tmexxija ta’ Said u ffirma l-kuntratt mal-klabb, biex b’hekk għad fadal biss l-aħħar formalitajiet qabel jitħabbar uffiċjalment bħala l-kowċ ġdid ta’ Floriana FC.