Internazzjonali

Żvelat dokument li juri iktar minn qatt qabel il-ħbiberija bejn ir-Russja u l-Iran

Rapporti fil-midja barranija qed jirraportaw li l-Iran biegħu ammont ta’ tagħmir militari lir-Russja biex jintużaw fil-ġlieda kontra l-Ukrajna.

Dan ħareġ wara dokument ta’ 16-il paġna li jmur lura għall-14 ta’ Settembru tal-2022 fejn hemm lista sħiħa ta’ oġġetti li kellhom jingħataw lir-Russi, oġġetti li l-ispiża titla’ għal iktar minn miljun dollaru.

Mistoqsijiet li ntbagħtu lill-ambaxxati tar-Russja u l-Iran fir-Renju Unit dwar dan id-dokument biex ikun konfermat jekk hux awtentiku jew le, qatt ma ġew imwieġba.

Fl-aħħar xhur kien ġie rraportat il-ħbiberija li hemm bejn il-President Russu, Vladimir Putin u l-President Iranjan, Ebrahim Raisi.