Lokali Qorti

10 xhur ħabs fuq serq ta’ flus u sigaretti minn ħanut

Raġel ta’ 31 sena mill-Ħamrun ġie kundannat 10 xhur ħabs mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit wara li nstab ħati li seraq flus kontanti u sigaretti minn ħanut li jinsab f’San Ġwann. Is-serqa saret f’Mejju 2014 f’San Ġwann. Is-serqa saret fil-lejl ta’ bejn il-15 u s-16 tax-xahar minn a Daryl Mark Pace.

Sid tal-ħanut qal fil-Qorti li spiċċa misruq wara li sgassawlu l-ħanut. Qal li min wettaq is-serqa ħadlu €125 mill-cash register u xi sigaretti mill-magna li hi ta’ kumpanija oħra. Mix-xhieda ta’ rappreżentant tal-kumpanija tal-magna tas-sigaretti ħareġ li saret bi €802 fi ħsara.

Ix-xhud qal li kulma kienu ilu li mela l-magna ġimgħa u fiha kien hemm b’€2,253 sigaretti. Qal li minnha ma rkupra xejn. Spjega li fiha kien hemm €85.50 fi flus. Il-Qorti,qalet fid-deċiżjoni tagħha li l-prosekuzzjoni ilha li resqet il-provi tagħha mill-2016. 

Hija ħadet konjizzjoni tal-fatt li l-imputat ma kienx jidher il-Qorti jew kien ibiddel l-avukat. Mill-provi rriżulta wkoll hemm provi li Daryl Mark Pace daħal fil-ħanut wara li sgassa t-tieqa u li l-cash register nstabet sgassata u mormija barra. Instabu wkoll l-marki tas-swaba’ fil-ħanut u fuq wara tal-ħanut li jaqblu ma’ ta’ l-imputat.

Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat qalet li l-Qorti kienet diġà tagħtu diversi okkażjonijiet biex jirrijabilità lilu nnifsu, imma kollu għal xejn. Huwa nstab ħati tas-serqa imma ġie lliberat mill-akkuża li sar riċediv. Il-Qorti saħqet fuq il-fatt li għal xi raġuni l-imputat dejjem naqas illi jikkopera.

Dan jidher car ukoll mill-fedina penali kkulurita li għandu l-imputat, u li hija ħasra kbira li ma kienx kapaċi jieħu l-għajnuna neċċessarja li tant kellu u għad għandu bżonn. Għalhekk il-Qorti tenniet li m’għandhiex triq oħra ħlief li tikkundanna lill-imputat għall-piena karċerarja effettiva. Għal Pace deher l-Avukat tal-Għajnuna Legali Victor Bugeja. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur anzjan Joseph Merceica.