Lokali Parlament

Il-gvern ma ppreżenta l-ebda rapporti dwar id-Dar għall-Anzjani ta’ Bormla

Paula Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici sostniet li minkejja d-dikjarazzjonijiet li saru, il-gvern ma ppreżenta l-ebda rapporti dwar id-Dar għall-Anzjani ta’ Bormla.

Fl-Aġġornament tal-parlament Paula Mifsud Bonnici esrmiet id-diżappunt għall-mod kif il-gvern qed jaġixxi mal-anzjani tad-Dar għall-Anzjani ta’ Bormla u mal-komunità ta’ Bormla.

Hi tkellmet favur djar għall-anzjani ta’ kwalità fejn il-valuri u l-prinċipji ta’ kull operatur jirrivolvu madwar id-dritt li kull anzjan jingħata dejjem id-dinjità u r-rispett li jixraqlu billi jsemma’ leħnu, jiddeċiedi bi dritt tal-privatezza.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern qed jallega li l-anzjani li qed jopponu li jitilqu mid-dar f’Bormla kienu mxewxa jun qed jinsulenta lillistess anzjani li pprotestaw.

Dawn jinsabu dispjaċuti għal is-sitwazzjoni kellha tkun trattta b’mod differenti, sostniet Paula Mifsud Bonnici, li kompliet li s-sentiment inħoloq tort ta’ min ma kienx kapaċi jittrasmetti din is-sitwazzjoni lil-nzjani.

Hi qalet li l-Ministru għall-Anzjani ma jafx u mhux jgħid għaliex irid iwaqqa’ d-djar għaliex l-ewwel qal li l-gvern irid dar ta’ livelli ogħlja imbagħad wara beda juri żewġ ritratti fejn qal li ħsara fis-suffetti u aktar tard beda jgħid li l-rpoblema hi tal-konkos.

Kull meta l-gvern jii dahru mal-ħajt isemmi l-konkos kif għamel fil-Mater Dei fl-2015 iżda s’issa ma sar xejn u Mater Dei hemm għadu. Fl-2020 il-gvern qal li wara testijiet li saru instabu difetti fil-kolonni fit-terminal taċ-Ċirkewwa iżda ma sarx xejn.

Dan il-gvern bl-aktar mod irresponsabbli jallarma lin-nies u lill-anzjani li l-problema hi l-konkos u għalhekk se taqa l-binja iżda ma ppreżenta ebda rapport li jindika li d-dar għandha taqa’.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern għandu juri dawn ir-rapport jekk verament għandu. Għaliex l-anzjani tħallew fid-dar ta’ Bormla jekk il-gvern għandu rapporti li d-dar hi perikoluża? Meta nduna l-Ministru bis-saqaf li qed jingħad li hu perikoluż? Induna bih sena ilu u m’għamel xejn?

Paula Mifsud Bonnici qal li lnqas applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar m’hemm u kompliet li l-gvern se jħalli f’idejn il-kuntrattur biex jagħmel il-pjani relatati mat-twaqqigħ u l-bini tad-dar f’Bormla.

Hi appellat lill-gvern biex jgħid meta sar u minn min sar il-konkoss tad-Dar għall-Anzjani f’Bormla.