Lokali Parlament

Il-gvern se jkabbar il-popolazzjoni għal 800,000 bla pjan u b’effetti negattivi kbar

Justin Schembri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-gvern se jkabbar il-popolazzjoni għal 800,000 bla pjan u b’effetti negattivi kbar.

Justin Schembri qal li l-Ministru Clyde Caruana ddikjara li f’perjodu ta’ 18-il sena l-pajjiż se jiżdied għal 800,000 persuna. Din hi ċifra xokkanti għaliex il-pajjiż qed jilħaq il-massimu tan-nies li jiflaħ. Ikun insult lejn il-pajjiż u lejn il-futur qed il-problema ta’ popolazzjoni ma tkunx rikonoxxuta.

Hu sostna li l-ekonomija tal-gvern hi mibnija fuq l-importazzjoni tal-barranin u kompla li stħarriġ juri li terz tal-popolazzjoni mhix komda bl-influss tal-barranin, terz ieħor li jiddubitaw minn x’tip ta’ barranin fil-pajjiż, wieħed minn kull erba’ żgħażagħ ma jħossuhom parti mill-ibliet, wieħed minn kull ħamsa ma jixtiqux tiwldu Malta u ammont kbir ta żgħażagħ li ma jqisux il-lingwa Maltija bħala dik tagħhom.

Id-deputat Nazzjonalista kompla l fil-pajjiż hawn bżonn pjan u appella lill-gvern beix jiseċifikaw x’inuma l-pjani tal-gvern. Il-gvern għandu jispeċifika b’mod konkret kif il-pajjiż se jlaħħaq mal-isfidi fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fl-infrastruttura u fl-ambjent bi 800,000 persuna f’Malta.

Justin Schembri qal li l-pajjiż se jidħol għal €10 biljuni dejn u sostna li l-ħaddiema barranin f’Malta mhumiex ta’ kwalità u lanqas huma stmati daqs il-Maltin bil-barka tal-gvern stess.

Hu sostna li l-PN hu favur pajjiż ekonomikament sostenibbli li ma jibbażax iċ-cheap labour, fuq l-importazzjoni tal-ħaddiema barranin u fuq id-dejn.

Il-PN hu favur il-Maltin għax mhux laqgħqi tal-barranin bħall-PL, sostna Justin Schembri, li kompla li l-Maltin iridu li l-gvern u l-Oppożizzjoni jkunu t-tarka tagħhom biex jisimgħuhom.

Hu qal li l-familja Maltin għandhom jingħataw appoġġ biex ikollhom iktar taf għaliex il-mara Maltija hi fost l-inqas nisa fl-UE li jkollhom tfal. Il-familji Maltin u barranin li jgħixu f’Malta għandhom jitpoġġew fiċ-ċentru biex kulħadd jgħix b’dinjità.