Ekonomija Lokali

Silvio Schembri iwaqqa’ l-kliem tal-Ministru tal-Finanzi; ma jridx ibiddel il-mudell ekonomiku

Il-Ministru Clyde Caruana jrid ibiddel il-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna. Iżda sieħbu Silvio Schembri qed jgħid li l-mudell ekonomiku “ħadem u qed jaħdem”.

Fi kliem sempliċi, lanqas fil-Kabinett stess mhuma jaqblu dwar il-pjan ekonomiku li għandu bżonn pajjiżna għas-snin li ġejjin – aħseb u ara kemm hemm pjan!

F’kummenti lit-Times, il-Ministru Schembri għamilha ċara li l-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna ma falliex. Għalkemm xorta spiċċa jammetti li jrid jiġi aġġustat.

Kien il-Ministru tal-Finanzi li fl-aħħar jiem tkellem dwar il-bżonn li l-Gvern ibiddel id-direzzjoni u jaddotta mudell ekonomiku ġdid. Għalkemm issa huwa evidenti li dan il-kliem ma tantx niżel tajjeb ma sħabu.