Lokali Parlament

Żona ODZ f’Ħaż-Żebbuġ se ssir parkeġġ; mhux fl-interess nazzjonali

Darren Carabott, PN

Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal li l-gvern mhux qed juża l-art pubblika fl-interess nazzjonali tant li żona ODZ f’Ħaż-Żebbuġ se tinbidel f’parkeġġ.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament fid-dibattitu dwar riżoluzzjoni dwar trasferiment ta’ propjetà lil Central Business Centre, Darren Carabott qal li fil-pajjiż dieħla mentalità skorretta dwar l-ambjent fejn kollox qed jgħaddi mingħajr il-kunsiderazzjonijiet meħtieġa. Ħafna mid-deċiżjonijiet mhumiex jittieħdu fl-interess nazzjonali, sostna Darren Carabott, li appella biex isir l-aħjar użu mill-art pubblika.

Il-PN jixtieq li kellu l-opportunità li jieħu deċiżjonijiet fl-aħjar interess tal-poplu, sostna Darren Carabott, li kompla li trid tkun l-Oppożizzjoni li kull darba tikkoreġi lill-gvern biex tiddaħħal kuxjenza favur l-aqwa użu tal-art pubblika.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-parlament għandu responsabbiltà nazzjonali u sostna li l-gvern qed jonqos fil-konfront tal-art pubblika. Il-gvern għad għadu l-opportunità li jirranġa l-iżbalji li qed jagħmel. Din ir-riżoluzzjoni mhux se tħalli l-aħjar benefiċċji mill-art tiegħu għaliex din l-art se titttieħed minn ODZ biex issir parkeġġ. Ma jidhirx li l-gvern qed juri xaqq ta’ dawl biex ibiddel ir-rotta li qabad.

Il-gvern qed juża din it-triq fuq livelli differenti fejn l-art qed tkun rilaxxata mhux fl-interess pubbliku. L-Awatorità tal-Ippjanar qed tieħu deċiżjonijiet li qed inaqqsu l-kwalità tal-ħajja tan-nies u li qed inaqqru.

Il-gvern għandu obbligu li jieħu l-aħajr deċiżjonijiet għall-pajjiż. Anki l-kunsilli lokali tal-PL qed jesprimu l-istess ħsibijiet u qed jagħmlu dan b’mod voċiferu ħafna. Il-gvern għandu jisma l-appelli tal-Oppożizzjoni u ta’ dawn il-kunsilli lokali biex isir l-aqwa użu tal-art pubblika.

Darren Carabott qal li din hi mozzjoni fejn art pubblika ssir żona ta’ parkeġġ; dan mhux fl-interess nazzjonali. Parkeġġ ma jimmeritax li jsir f’żona ‘l barra mill-iżvilupp, sostna Darren Carabott, li qal li l-gvern Laburista lanqas qed jisma’ lill-Kunsill Lokali Laburista ta’ Ħaż-Żebbuġ. Jeħtieġ li l-gvern jieħu deċiżjoni favur il-pajjiż għaliex mhux hekk qed isir, sostna d-deputat Nazzjonalista Darren Carabott.