Ikomplu joħorġu iktar reazzjonijiet pożittivi wara l-abbozz ta’ liġi li ressaq il-Partit Nazzjonalista sabiex l-ambjent jiġi introdott fil-Kostituzzjoni bħala dritt fundamentali tal-bniedem.
L-organizzazzjoni Extinction Rebellion Malta faħħret il-proposta tal-Partit Nazzjonalista fejn wara laqħa li kellha mad-Deputat Darren Carabott, saħqet li dan l-abbozz huwa tassew innovattiv.
Dan hekk kif, fi kliem l-organizzazzjoni, il-Partit Nazzjonalista jrid jiddefenixxi l-kelma ‘ambjent’ billi jattribwiha mal-importanza tas-saħħa mentali, l-estetika ta’ pajjiżna, l-isferi soċjali ta’ madwarna kif ukoll kif l-ambjent jaffettwa d-dritt tal-kelma ħielsa.
Extinction Rebellion Malta qalet li taqbel b’mod sħiħ ma’ dak li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista filwaqt li tissuġġerrixxi li tingħata iktar importanza dwar kif l-ambjent jaffettwa b’mod dirett is-saħħa tal-bniedem.
L-organizzazzjoni tappella sabiex kull min għandu l-ambjent għal qalbu jingħaqad kemm magħha kif ukoll mal-Partit Nazzjonalista sabiex verament Malta tkun pajjiż li jmexxi bl-eżempju fis-settur ambjentali u jkun hawn futur aħajr għal kull individwu.
Permezz ta’ dan l-abbozz, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jiftaħ id-definizzjoni ta’ ambjent sabiex tfisser kemm arja, ilma u art kif ukoll l-ekosistema u dak kollu li jifforma parti minnha, inkluż ir-riżorsi naturali u fiżiċi li jaffettwaw il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Permezz ta’ dan il-pass l-ambjent ifisser ukoll il-kundizzjonijiet soċjali, l-kultura kif ukoll il-koerenza estetika.
Apparti dan, b’dan l-abbozz … għall-ewwel darba f’pajjiżna se tingħata l-awtorità għall-infurzar bil-liġi fejn f’kazijiet ambjentali l-Qorti tkun tista tara jekk kienx hemm ir-riskju, jew azzjoni attwata diġà ta’ ħsara ambjentali.
Dan kollu juri bil-fatti kemm il-Partit Nazzjonalista huwa l-vera vuċi ta’ dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-ambjent u kemm bħala partit fil-Gvern, dejjem kien pijunier f’dan kollu.
//= $special ?>