Futbol Sport

Atmosfera mill-isbaħ waqt l-inawgurazzjoni tal-Liverpool Supporters Club il-ġdid f’Għawdex

It-Tlieta filgħaxija, fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mit-twaqqif tal-Official Liverpool Supporters Club Gozo, ġie inawgurat il-klabb il-ġdid, li bħal dak li għal dawn il-25 sena laqa’ numru ta’ supporters tar-Reds fi ħdanu, jinsab fix-Xewkija.

Numru sabiħ ta’ partitarji ta’ Liverpool kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-plejers leġġendarji, Phil Thompson, Sammy Lee u l-goalkeeper Bruce Grobbelaar, li kienu l-mistiedna speċjali għal dan l-avveniment.

Barra minn hekk il-kantant minn Liverpool Marc Kenny ħoloq atmosfera mill-isbaħ b’kanzunetti familjari ma’ dawk preżenti bħal Si Segnor, iddedikata għal Roberto Firmino u l-Virgil Van Dijk Song.