Lokali

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq cherry picker

Raġel spiċċa biex weġġa’ gravi waqt li kien qiegħed jaħdem fuq cherry picker.

Dan l-inċident seħħ fit-3 ta’ waranofsinhar f’kumpless, f’Raħal Ġdid.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 44 sena residenti l-Fgura kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem fuq cherry picker.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin