Atletika Sport

Kampjonat Ewropew tat-Triathlon: Keith Galea b’riżultat mill-aqwa f’Madrid

Riżultat mill-aqwa għat-tri atleta Keith Galea li fl-AG Standard Triathlon fil-Kampjonati tat-Triathlon tal-Ewropa li saru f’Madrid, temm fis-7 pożizzjoni fil-kategorija ta’ bejn il-35 u d-39 sena.

Biex temm fis-seba’ post fost 41 atleta, Keith Galea għamel it-tlett provi f’ sagħtejn għaxar minuti u tmintax-ilsekonda (2:10:18).

Fl-ewwel prova fuq ġirja ta’ 5 kilometri fuq żewġ laps ta’ 2.5 kilometri Galea daħal f’għoxrin minuta u ħmistax-il sekonda (00:20:15). It-tieni prova kienet dik tac-cikliżmu fuq distanza ta’ 37.2 kilometri maqsuma f’żewġ laps ta’ 18.6 kilometri fejn Keith Galea temm f’siegħa u wieħed u erbgħin sekonda (1:00:41). It-tielet prova kienet ġirja fuq distanza ta’ 10 kilometri b’erba’ laps ta’ 2.5 kilometri fejn temm f’ ħamsa u erbgħin minuta u seba’ u tletin sekonda (00:45:37) għal total ta’ sagħtejn għaxar minuti u tmintax-il sekonda (2:10:18).

Il-kategorija intrebħet minn Neil Houlsby tar-Renju Unit f’sagħtejn, tliet minuti u ħamsin sekonda (2:03:50).