L-istilla Arġentina u rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja Lionel Messi għażel li jkompli bil-karriera tiegħu fl-MLS fl-Istati Uniti hekk kif huwa laħaq ftehim mal-klabb ta’ Inter Miami, li l-proprjetarju tiegħu huwa David Beckham.
Fl-aħħar ġimgħat bosta siti internazzjonali irraportaw il-possibbiltà li s-seba’ darbiet rebbieħ tal-FIFA Ballon d’Or jirritorna ma’ Barcelona iżda l-Katalunji kellhom sfida finanzjarja biex jaghmlu dan possibli.
Messi kellu quddiemu wkoll offerta multi miljunarja mit-tim mill-Arabja Sawdija Al Hilal, iżda għal kuntrarju ta’ plejers bħal Ronaldo, Benzema u Ngolo Kante, l-Arġentin irrifjuta li jmur jilgħab f ‘dan il-kampjonat u agħżel li jtemm il-karriera tiegħu fl-Istati Uniti.
//= $special ?>