Futbol Sport

Michele Marcolini jsejjaħ skwadra ta’ 26 plejer għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Lussemburgu

Wara kamp ta’ taħriġ li sar fl-aħħar jiem, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Michele Marcolini sejjaħ l-iskwadra finali għal-logħba a’ ħbiberija ta’ nhar il-Ġimgħa kontra l-Lussemburgu, fil-Luxembourg Stadium. Din il-partita se tkun parti mill-preparazzjoni qabel il-konfront tant mistenni kontra l-Ingilterra fis-16 ta’ Ġunju li ġej

L-iskwadra finali tinkludi diversi sorpriżi, fosthom bl-esklużjoni ta’ Paul Mbong, Enrico Pepe li jinsab imweġġa’ u Teddy Teuma li għadu kif kien impenjat fil-kampjonat Belġjan. Esklużi wkoll il-goalkeeper Jake Galea, id-difensuri Luke Tabone u James Brown u l-midfielder Brandon Paiber li qattgħu l-aħħar jiem mal-kumplament.

Il-lista sħiħa hi din:

Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun Spartans FC), Cain Formosa (Valletta FC) u Matthew Grech (Sirens FC);

Difensuri: Ferdinando Apap (Hibernians FC), Jean Borg (Fidelis Andria – ITA), Steve Borg (Hamrun Spartans FC), Karl Micallef (Gudja United FC), Zach Muscat (Farense – POR) u Kurt Shaw (Hibernians FC);

Midfielders: Cain Attard (Birkirkara FC), Juan Corbalan (Hamrun Spartans FC), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans FC), Jake Grech (Hibernians FC), Matthew Guillaumier (Hamrun Spartans FC), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Adam Magri Overend (Floriana FC), Joseph Essien Mbong (Hamrun Spartans FC), Nikolai Muscat (Gzira FC), Steven Pisani (Gzira United FC) u Yannick Yankam (Birkirkara FC);

Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Jodi Felice Jones (Notts County – ENG), Shaun Dimech (Valletta FC), Kyrian Nwoko (Santa Lucia FC), Alexander Satariano (Balzan FC) u Luke Montebello (Hamrun Spartans).