Raġel ta’ 67 sena residenti l-Ħamrun weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ għal xis-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq il-Mosta, Ħal Lija.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda AFS, tilef il-kontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>