Internazzjonali

Titħabbar il-mewt tal-leġġenda tar-Wrestling ‘The Iron Sheik’

Tħabbret il-mewt tal-leġġenda tar-wrestling Amerikan, ‘The Iron Sheik’ fl-età ta’ 81 sena.

Hossein Khosrow Ali Vaziri, twieled fl-Iran madanakollu wara li għamel żmien bħala assistent kowċ ma’ żewġ timijiet olimpiċi tal-Istati Uniti fis-sebgħinijiet huwa kiseb fama internazzjonali fit-tmeninijiet meta ħa l-persona ta’ The Iron Sheik.

Fost il-ġlidiet maġġuri li huwa magħruf għalihom kienu ma’ Bob Backlund, Andre The Giant u Sgt. Slaughter.

L-aħbar tal-mewt tiegħu ġiet ippubblikata fuq il-paġna uffiċjali ta’ The Iron Sheik fuq il-midja soċjali ta’ Twitter – bil-qraba ta’ Ali Vaziri jisħqu li huwa kien leġġenda tar-Wrestling Entertainment, u ikona li ispira lil bosta fid-dinja professjonali tar-Wrestling.