SIRENS C&J BONAVIA………. 13
SAN ĠILJAN OZO GROUP…… 7
(4-2), (3-1), (2-3), (4-1)
Wara li għadhom kif rebħu l-Kampjonat tax-Xitwa, iċ-champions Sirens C&J Bonavia Limited irnexxielhom jirbħu s-Super Cup tan-nisa b’rebħa ta’ 13-7 kontra San Ġiljan OZO Group.
Rebħa meritata għal Sirens li kienu l-aħjar tim u kienu dejjem fil-kontroll tal-logħba. San Ġiljan kellhom aktar minn tentattiv wieħed biex jippruvaw jidħlu fil-logħba, madankollu ma resqux viċin biżżejjed l-avversarji.
Protagonist assolut kienet Kaia Agius li skorjat sitt gowls. Tlieta minnhom fl-ewwel nofs tal-ewwel sessjoni li bihom Sirens fetħu vantaġġ ta’ 4-1. Il-vantaġġ kiber għal 6-2 fit-tieni sessjoni u minkejja li Shanice Cassar naqqset id-distakk, Kaia Agius ħalliet id-distakk għal erba’ gowls.
San Ġiljan ittantaw jidħlu fil-logħba b’żewġ gowls konsekuttivi li naqqsu d-distakk għal 8-5. Wara li Elaya Montfort skorjat għal Sirens, Nadya Azzopardi wieġbet immedjatament u b’hekk id-distakk baqa’ ta’ tliet gowls qabel il-bidu tal-aħħar sessjoni.
San Ġiljan kellhom okkażjonijiet fejn setgħu jnaqqsu d-distakk fl-aħħar sessjoni iżda mal-mument li Kaia Agius skorjat il-gowl tal-10-6 lejn nofs l-aħħar sessjoni, Sirens kabbru d-distakk għal rebħa li tidher aktar minn komda.
Fi tmiem il-logħba, is-Segretarju Ġenerali tal-ASA Rita Azzopardi u l-Viċi President tal-ASA Randolph Cauchi ppreżentaw it-trofew lill-captain ta’ Sirens Denise Micallef.
Sirens: A. Amato, E. Montfort (1), E. Amato, C. Amato, M. Perici Ferrante (3), C. Zammit, K. Navarro, K. Agius (6), D. Micallef (2), K. Attard, Z. Bartolo, Z. Cutajar Licari (1), K. Agius, N. Agius
San Ġiljan: S. Tanti Desjardin, N. Azzopardi (2), M. Bonello Ghio, R. Caruana Dingli, E. Borg (1), M. Falzon, A. Bonello (1), E. Miceli, J. Caruana, M. Attard, S. Camilleri, S. Cassar (3), R. Babiker, S. Tento, M. Grech
Referees: Ronnie Spiteri, Richard Magri
//= $special ?>