VALLETTA IZIBET……………… 9
MARSASKALA ESC……………. 8
(1-4), (4-1), (1-2), (3-1)
Valletta Izibet dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Marsaskala ESC 9-8 u rebħu t-Tazza Għaqda Ġurnalisti Sports għall-ewwel darba mill-2014. Valletta kellhom biss il-vantaġġ fl-aħħar parti tal-logħba, vantaġġ li żammewh sat-tmiem.
Marsaskala kellhom l-aqwa bidu possibbli b’vantaġġ ta’ 3-0 sal-ewwel nofs tas-sessjoni, bl-ewwel tnejn jaslu minn man-up. Ivan Nagaev naqqas id-distakk iżda Mark Carani żamm lit-tim tiegħu tliet gowls minn fuq.
Valletta wettqu reazzjoni fit-tieni sessjoni u l-ewwel naqqsu d-distakk għal gowl u wara li Bence Batori għamilhom 5-3 minn penalty, Daniel Rizzo skorja darbtejn fl-aħħar żewġ minuti u nofs u daħħal lit-tim tiegħu 5-5.
Marsaskala ħarġu tajjeb wara l-mistrieħ u reġgħu bnew vantaġġ doppju iżda l-gowl immedjat ta’ Kieyan Borg fl-azzjoni sussegwenti żamm lil Valletta fil-logħba.
Il-miżien xaqleb favur Valletta fil-bidu tal-aħħar sessjoni hekk kif skorjaw tliet darbiet fi spazju ta’ minuta u marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba. L-ewwel kien Daniel Rizzo li ġab id-draw minn man-up, Nagaev skorja minn penalty u Vlahovic irdoppja l-vantaġġ. Minkejja li Gerald Sammut naqqas id-distakk, Valletta rnexxielhom iżommu l-gowl vantaġġ.
Fi tmiem il-logħba, il-captain ta’ Valletta Daniel Paolella ġie ppreżentat bit-trofew mill-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef.
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, D. Rizzo (3), J. Cassar, S. Busuttil (1), A. Vlahovic (1), D. Paolella, I. Nagaev (2), S. Micallef, J. Chircop, K. Borg (2), K. Cremona, A. Theuma, M. Demarco
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, G. Galea, P. Privitera, R. Greco, F. Salamon (1), K. Navarro, D. Tully, D. Pace Lupi, G. Sammut (1), B. Batori (3), M. Carani (3), A. Muscat, F. Scardino, J. Pace Mizzi
Referees: Peter Balzan, Alessandro Chimenti
//= $special ?>