Lokali

Dalwaqt inkunu nistgħu inżuru l-fdalijiet tal-Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani

Qegħdin isiru tħejjijiet biex fil-futur qarib il-fdalijiet tal-Qaddejja ta’ Alla Henry u Inez Casolani ikunu trasferiti għall-qima tal-pubbliku miċ-ċimiterju tal-Addolorata għall-knisja ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta. Għalhekk nhar it-Tnejn 5 ta’ Ġunju ġie ffirmat ftehim bejn il-Provinċja Agostinjana u l-Assoċjazzjoni Henry u Inez Casolani għal dan it-trasferiment.

Il-Koppja Casolani iżżewġu fl-1944 fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt fejn rabbew lil binthom Cecilia Mary li fl-età ta’ 19 il-sena ingħaqdet mas-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni.

Fl-istess Knisja huma saru terzjarji agostinjani. Inez Casolani mietet b’famata’ qdusija fl-1992. Henry Casolani miet seba’ snin wara b’famata’ qdusija ukoll. Huma eżempjuċartat-tagħlim tal- Papa Franġisku meta jurili ż-żwieġ huwa “it-triq prinċipali għall-qdusija tal-miżżewġin infushom. Qdusija mgħixha fil-kwotidjanjetà tal-ħajja. Huwa għalhekk li l-Knisja illum tipproponi bħala eżempju tal-qdusija nisranija xi koppji ta’ miżżewġin” (Papa Franġisku, 27 Jannar 2023).

Bħalissa numru ta’ persuni qegħdin jagħtu x-xhieda tagħhom lit-Tribunal li ġie mwaqqaf mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-2015, biex jistudja l-ħajja u l-virtujiet tal-Koppja Casolani.

L-atti tal-investigazzjoni jittieħdu l-Vatikan biex jiġu studjat iukoll mid-Dikasteru tal-Kawżi tal-Qaddisin.

Sadanittant qed jinġabru wkoll xhieda ta’ għadd kbir ta’ grazzji maqglugħa bl-interċessjoni ta’ Henry u Inez Casolani.

Fl-omelija tiegħu, fil-ftuħ tal-Proċess fl-2015, l-Arcisqof Scicluna iddiskriva lil Henry u Inez Casolani bħala ‘l-balzmu li dewwew il-feriti u l-gerħa ta’ tant familji.’