Ħarġu direttivi biex miljuni tan-nies madwar l-Amerika ta’ Fuq jilbsu l-maskri tal-wiċċ protettivi ta’ stil ‘high grade’ kulmeta joħorġu. Dan minħabba problema kbira ta’ tniġġiż tal-ajru b’kaġun tan-nirien intensivi li qabdu fl-aħħar jiem qalb il-foresti u l-art aħrax fil-Kanada.
Numru sostanzjali ta’ titjiriet ma sarux inkella spiċċaw posposti minħabba s-sitwazzjoni li ħolqot konfużjoni sħiħa fl-ajruporti ewlenin tal-Istati Uniti. Dan meta d-dħaħen tan-nirien kienu qed iħallu impatt sostanzjali għall-viżibbiltà u bl-awtoritajiet ikkonċernati jiddeċiedu biex iwaqqfu l-iskedi minħabba l-periklu.
Il-Gvern Kanadiż qal li mal-100 miljun resident fil-Kanada u l-Istati Uniti, bħalissa, qed ibatu mill-kwalità ‘fqira ferm tal-ajru’.
Intant, l-Istati Uniti bagħtet il-mijiet tal-firefighters lejn il-Kanada biex jgħinu lill-iskwadri lokali għall-emerġenzi biex jikkontrollaw in-nirien.
//= $special ?>