Il-media Taljana rappurtat li l-Papa Franġisku qed jirkupra b’mod sodisfaċenti wara li għadda minn operazzjoni tal-ftuq fl-Isptar Gemelli ta’ Ruma.
It-tobba, fil-fatt, ikkonfermaw li l-Papa qatta’ il-lejl tal-Erbgħa u l-Ħamis ‘trankwill’ u li fl-aħħar sigħat ma nqalgħulux il-kumplikazzjonijiet.
Il-Papa ddaħħal l-isptar nhar it-Tlieta għal check-up wara li xhur ilu kellu jqatta’ xi żmien rikoverat wara li marad bi bronkite. Il-Kap tal-Knisja, li ghandu 86 sena, ilu ghal dawn l-aħħar snin jiffaċċja l-problemi tas-saħħa u qed ikun kostrett li juża s-siġġu tar-roti u l-bastun minħabba problemi f’saqajh.
//= $special ?>