Lokali

Mara tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn rota

Ritratt: Matthew Tabone

Mara ta’ 58 sena residenti l-Għargħur ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħet f’inċident fi Triq Santa Katerina – inċident li seħħ għall-ħabta tat-8am.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara intlaqtet minn rota, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku, bil-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi. Is-sewwieq tar-rota ma weġġax.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.