Lokali Qorti

Raġel akkużat bi qtil fl-Għarb jitlob ir-rikuża tal-Imħallef fil-ġuri

L-avukati ta’ Aleksandar Stojanovic, ir-raġel akkużat bil-qtil fl-2018 ta’ ċittadin Eġizzjan ta’ 42 sena Walid Salah Abdel Moteleb Mohamed f’Għawdex, talbu r-rekuża tal-Imħallef li għandu jippresiedi l-ġuri tiegħu. Il-katavru bla ħajja ta’ missier ta’ żewġt kien instab f’għalqa fl-Għarb, Għawdex bi ġrieħi minn tiri f’għonqu u f’sidru.

Stojanovic ta’ 43 sena, u ta’ nazzjonalità Serba, qed jiġi mixli wkoll li ġarr arma mingħajr il-liċenzja meħtieġa, li saq karozza mingħajr liċenzja jew assigurazzjoni meħtieġa, u li kellu vettura li ma kinitx reġistrata sew ma’ Transport Malta. Huwa jiċħad l-akkużi miġjubin kontrih.

F’rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Kriminali, l-avukati difensuri Jose’ Herrera, Franco Debono u Francesca Zarb, talbu biex l-imħallef Edwina Grima tirrikuża ruħha milli tippresjedi dan il-każ. L-applikazzjoni ssostni li l-imħallef f’dan il-proċess kien ġie assenjat “b’mod irregolari,” u twissi li jekk ikun meħtieġ id-difiża “tibda proċeduri alternattivi fil-mument opportun.”

L-avukati infurmaw ukoll lill-qorti li se jiġu ppreżentati proċeduri Kostituzzjonali fid-dawl li l-imħallef diġà ddeċiedit li akkużat ma kellu l-ebda rimedju legali ordinarju biex jikkontesta l-legalità tal-arrest tiegħu, wara li tkun inħarġet l-att ta’ akkuża.

Is-sottomissjonijiet relatati mal-applikazzjoni għal libertà proviżorja ta’ Stojanovic se jkunu bbażati fuq l-argumenti li l-avukati tiegħu kienu diġà għamlu fir-rikors tal-habeas corpus (dritt fundamentali fil-Kostituzzjoni li tipproteġi kontra priġunerija illegali u indefinita),

Ingħad li l-qorti kellha tqis l-“irregolaritajiet” kollha li jgħidu li segwew, u b’hekk ma tħalliex jitlob il-libertà proviżorja jew jargumenta li l-istat ta’ arrest tiegħu kien illegali. “L-akkużat iħoss li direttament jew indirettament li din il-Qorti, kif ippreseduta, diġà kellha l-okkażjoni li tiddikjara ruħha fuq dan il-fatt.”

L-avukati allegaw ukoll “element ta’ preġudizzju” fid-dawl tal-fatt li r-reġistratur għall-Qrati u Tribunali Kriminali, li r-responsabbiltà amministrattiva tiegħu tinkludi l-assenjazzjoni tal-kawżi lill-imħallfin, “inzerta wkoll li kien id-deputat reġistratur ta’ din il-qorti kif ippreseduta għall-aħħar ħames snin u għalhekk Stojanovic għandu r-riżervi tiegħu dwar kemm hu xieraq li din il-qorti, kif ippreseduta, tiskrutinizza l-ħidma tiegħu.”