Lokali Qorti

Vittma ta’ frodi romantiku mixlija li ffrodat lil min iħaddimha u oħrajn €110,000

Il-Qorti ddikjarat li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-akkuża fil-konfront ta’ accounts executive akkużata li ffrodat lil min iħaddimha ftit aktar minn €110,000, wara li sfat vittma ta’ frodi romantiku online. Il-mara residenti 44 sena u resdienti l-Mosta mhux qed tissemma’ minħabba d-delikatezza tal-każ.

L-Ispettur tal-Pulizija Christian Abela mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni tar-Reati Finanzjarji xehed quddiem il-maġistrat Rachel Montebello hekk kif kompla l-każ kontra din il-mara. L-ispettur spjega kif rapport tal-pulizija kien ġie ppreżentat minn azzjonist ta’ kumpanija f’Marzu 2022. L-azzjonist kien ġie kkuntattjat mill-Bank of Valletta dwar trasferimenti suspettużi minn kontijiet bankarji tal-kumpanija fil-kont ta’ wieħed mill-impjegati tagħha.

Is-sistema interna tal-kumpanija kienet indikat li dawn kienu ħlasijiet li qed isiru lill-fornituri u nħolqot ukoll traċċa ta’ fatturi foloz. Diversi kontijiet kienu ġew iffalsifikati biex jagħtu din l-impressjoni. Iżda r-rekords bankarji qalu storja differenti, li juru li l-fondi kienu ġew trasferiti fil-kont tal-akkużata, u wara l-flus reġgħu ġew trasferiti għal kontijiet oħra fin-Niġerja, l-Ukrajna u ċ-Ċina.

Huwa qal li l-ammont totali deher li kien ta’ madwar €110,000. L-Ispettur Abela qal lill-Qorti li l-għada li r-rapport kien ippreżentat, is-sidien tal-kumpanija infurmaw lill-pulizija li l-mara kienet ammettiet li għamlet it-tranżazzjonijiet, u spjega li kienet mhedda minn persuni mhux magħrufa li ltaqgħet magħhom online.

Il-każ ra l-iżvelar tiegħu għall-ewwel darba quddiem id-Dipartiment tal-Investigazzjoni tar-Reati Finanzjarji wara rapport ippreżentat fl-għassa tal-Mosta fit-8 ta’ Marzu 2022 minn rappreżentant tal-kumpanija, jum wara li numru ta’ tranżazzjonijiet suspettużi li jikkonċernaw il-kumpanija ġew immarkati minn bank lokali.

Il-mara issejħet għall-interrogazzjoni f’aktar minn okkażjoni waħda, iżda kienet eżerċitat id-dritt tagħha għas-silenzju kull darba. Il-pulizija kienet talbet lill-BOV għal informazzjoni dwar il-kontijiet barranin. Il-Prosekutur l-Avukat Etienne Savona staqsa lill-ispettur dwar il-motivazzjoni wara t-tranżazzjonijiet u minn fejn kien kiseb l-informazzjoni.

“L-ilmentaturi li huma l-vittmi, għax il-mara qatt ma wieġbet xi mistoqsijiet,” wieġeb Abela. F’seduta preċedenti, is-sid tal-kumpanija kien xehed li kien kellem lill-imputata, li kellha livell għoli ta’ aċċess u fiduċja, li kienet l-executive tal-kumpanija fejn jidħlu accounts. Hi kienet stqarret li kienet vittma ta’ scam”, qal ix-xhud.

Ix-xhud esebixxa wkoll kopji tal-fatturi li qal kienu ffabbrikati mill-akkużatra biex taħbi t-tranżazzjonijiet mill-accountant tal-kumpanija. It-trasferimenti saru biex jidhru li saru lill-fornituri tas-soltu tal-kumpanija, qal ix-xhud. Rappreżentant tal-BOV ipprovda lill-qorti kopji tar-rendikonti bankarji għall-kontijiet rilevanti.

Hija qed wieġeb mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha. Waħda mill-kapijiet tagħha xehdet li wara li kienet iffaċċjata bl-allegazzjonijiet, il-mara kienet fetħet qalba mal-kollegi tagħha dwar kif kienet spiċċat vittma ta’ frodi tromantiku online. Hi kienet involuta f’relazzjoni ta’ dating online ma’ barrani li qatt ma ltaqgħet miegħu personalment.

Fi tmiem is-seduta, il-qorti ddikjarat li kien hemm biżżejjed provi prima facie biex il-mara titqiegħed taħt akkuża. L-Avukati Ġenerali Etienne Savona u Charmaine Abdilla mexxew l-Prosekuzzjoni f’isem l-Avukat Ġenerali, flimkien mal-Ispettur Christian Abela. L-avukati René Darmanin u Alfred Abela huma avukati difensuri. L-Avukat Anne Marie Cutajar irrappreżentat lill-kumpanija.