“Huwa kruċjali għall-futur ta’ pajjiżna li n-negozji li joperaw mat-turiżmu jadattaw u jagħmlu t-tibdiliet neċessarji sabiex it-turisti jkollhom esperjenza tal-aqwa kwalità f’pajjiżna.”
Dan intqal f’artiklu fit-Times minn Silvan Mifsud u Alan Arrigo – membri fil-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ – fejn spjegaw illi minkejja li ċ-ċifri qed juru li l-infieq tat-turisti żdied fl-ewwel kwart ta’ din is-sena ikkumparat mal-istess żmien fl-2019… dan effettivament jirriżulta li mhuwiex minnu.
Mifsud u Arrigo, li ilhom snin joperaw fil-qasam turistiku, qalu li meta wieħed jikkunsidra l-impatt tal-inflazzjoni fuq il-valur tal-flus jirriżulta li l-infieq tat-turisti fil-verita’ naqas.
Dan ifisser li għalkemm l-infieq tat-turisti kull lejl kien ta’ €97 fl-2019 u dan żdied għal €108 meta wieħed jaġġusta dan l-ammont bl-impatt tal-inflazzjoni jirriżulta li fil-verita t-turisti nefqu €95 kull lejl. U allura. evidentament meta wieħed iqis il-fatturi kollha t-turisti qed iħallu inqas flus fl-ekonomija tagħna.
Fl-analiżi tagħhom, Arrigo u Mifsud ifakkru li t-titjiriet mir-Renju Unit naqsu matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena filwaqt illi żdiedu b’mod konsiderevoli fil-prezz.
Allura, meta wieħed jikkumpara r-riżultati tal-ewwel kwart ta’ din is-sena mal-istess perjodu fl-2019 ma jkunx qed jara l-istampa vera tas-sitwazzjoni.
Silvan Mifsud u Alan Arrigo spjegaw li għalkemm l-analizi inizzjali turi riżultati pożittivi għal pajjiżna fil-qasam tat-turiżmu huwa importanti li wieħed jifhem u jinkludi l-impatt tas-sitwazzjoni ekonomika.
Huma appellaw sabiex in-negozji jadattaw għar-realtà li għandna f’pajjiżna. Dan għaliex jekk in-negozji ma jagħmlux hekk it-turisti se jkollhom esperjenza ħażina tal-btala tagħhom f’Malta.
//= $special ?>