Futbol Sport

Draw bejn Cagliari u Bari fl-ewwel leg tal-playoff għall-promozzjoni

Draw ta’ 1-1 bejn Cagliari u Bari fl-ewwel leg tal-finali tal-playoffs għall-promozzjoni għas-Serie A.

Cagliari fetħu l-iskor fl-ewwel taqsima permezz ta’ Lapadula u ftit wara Bari fallew penalty li kien mogħti minn Cheddira. Il-gowl tad-draw ta’ Bari wasal fis-sitt minuta ta’ ħin miżjud minn penalty ta’ Anetnucci li kien daħal biss fil-ground minuta qabel.

It-tieni leg f’Bari tintlagħab il-Ħadd li ġej u min javanza jingħaqad ma’ Frosinone u Genoa fis-Serie A.