Fl-24 u l-25 ta’ Ġunju se jkun qed jiltaqa’ l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista….meta se ssir l-elezzjoni għat-18-il rappreżentant tal-Kunsill Ġenerali fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
Qabel id-dati tal-Kunsill Ġenerali se jkunu qed isiru sensiela ta’ Assemblej Reġjonali illi fihom se jkun hemm diskussjoni bejn il-Kunsilliera tar-Reġjun partikolari u t-tmexxija tal-Partit.
L-Assemblej Reġjonali se jsiru fil-15 ta’ Ġunju fil-Kazin tal-Partit Nazzjonalista tas-Siggiewi, fl-20 ta’ Ġunju fil-Kazin tal-Partit Nazzjonalista tan-Naxxar, fil-21 ta’ Ġunju fil-Kazin tal-Partit Nazzjonalista tas-Sliema, fit-22 ta’ Gunju fil-Kazin tal-Partit Nazzjonalista ta’ Ħal Tarxien u fit-23 ta’ Ġunju fis-Sub Headquarters tal-Partit Nazzjonalista f’Ta’ Sannat, Għawdex.
Is-Sibt 24 ta’ Ġunju mbagħad issir elezzjoni sabiex jintgħażlu 18-il membru ġdid rappreżentant tal-Kunsill Ġenerali għall-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Matul din l-elezzjoni jridu jiġu eletti sitt nisa, sitt irġiel, erba’ żgħażagħ u żewġ rappreżentanti Għawdxin.
Dawk interessati li jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet għandhom jiġbru u jirritornaw in-nomini mill-Partit Nazzjonalista sa mhux aktar tard milll-15 ta’ Ġunju.
Il-votazzjoni f’Malta ssir bejn 9.00 u l-17.00 fid-Dar Ċentrali filwaqt li f’Għawdex issir bejn d-9.00 u s-13.00 fis-Sub Headquarters f’Ta Sannat.
Il-Ħadd 25 ta’ Ġunju jilħaq il-qofol tiegħu l-Kunsill Ġenerali fejn mid-9.30 ta’ filgħodu jitħabbar r-riżultat tal-Elezzjoni tat-18-il membru rappreżentant tal-Kunsill Ġenerali miċ-Chairperson tal-Kummissjoni Peter Fenech.
Wara, jsiru interventi mill-Kunsilliera, replika tas-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino u diskors tal-għeluq tal-Kunsill Ġenerali mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech.
//= $special ?>