Fi stqarrija, il-Union tal-Edukaturi Professjonisti saħqet fuq l-importanza li jkun hawn miżuri stretti fl-iskejjel sabiex tkun evitata traġedja.
Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa studenta marret għal studenta oħra b’sikkina tal-butir fl-iskola medja tan-Naxxar. Il-UPE qalet li dan l-inċident qajjem tħassib kbir dwar in-nuqqas ta’ sigurta fl-iskejjel ta’ pajjiżna.
Il-UPE qalet li l-aġir tal-istudenti sejjer għall-agħar u qed jirriżulta f’aktar bullying fl-iskejjel minn età bikrija. Bil-union tinsisti li bin-nuqqas ta’ riżorsi li qed ikunu allokati għall-iskejjel qed ikun ferm diffiċli sabiex din il-problema tkun indirizzata.
Fl-istqarrija l-UPE ipproponiet li jiġu introdotti scanners simili ta’ dawk li hemm fil-Qorti u fl-ajruport sabiex ikun assigurat li l-ebda student ma jkollu fil-pussess tiegħu xi arma.
Il-UPE temmet din l-istqarrija b’appell ieħor sabiex tittieħed azzjoni b’mod immedjat qabel ma jkun tard wisq.
//= $special ?>