SIRENS…………………………… 13
EXILES WELBEE’S………… 6
(3-2), (5-2), (2-1), (3-1)
Sirens kellhom l-aħjar bidu possibbli b’rebħa netta ta’ 13-6. Konfront li fih Sirens ħadu l-kontroll tal-logħba u aċċertaw mill-punti qabel l-aħħar sessjoni. Debutt feliċi għat-Taljan Pietro Figlioli u Matthias Pasztor.
Wara li Exiles wieġbu darbtejn għall-gowls tal-avversarji, Sirens ħadu l-vantaġġ għat-tielet darba u qatt ma tilfuh b’gowl ta’ Pasztor. Huma bdew jinqatgħu minn mal-avversarji fit-tieni sessjoni bi tliet gowls konsekuttivi minn Gianni Farrugia, Figlioli u Matthew Chircop għal vantaġġ ta’ 7-3.
It-tim ta’ Marko Orlovic aċċerta mir-rebħa fit-tielet sessjoni hekk kif il-gowls ta’ Ken Erdogan u Figlioli kabbru l-vantaġġ għal 10-5. Fl-aħħar sessjoni, Sirens baqgħu jikkontrollaw il-logħba mingħajr diffikultà.
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (1), P. Figlioli (4), J. Zerafa Gregory, G. Farrugia (1), M. Chircop (1), J. Cachia (1), M. Cutajar, M. Pasztor (3), M. Sciberras, M. Azzopardi, M. Bonello Dupuis, G. Melillo (1), G. Sammut (1)
Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, L. Pursehouse, V. Gallo (1), G. Molina (1), S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti (2), N. Paris, M. Martellacci, M. Aquilina, N. Saliba (1), F. Buhagiar, M. Paris Roding
Referees: Alex de Raffaele, Arnaldo Petronilli
Draw bejn Marsaxlokk u Marsaskala u rebħa għal Sliema
MARSAXLOKK BROWN’S….. 10
MARSASKALA ESC……………… 10
(3-3), (2-3), (4-2), (1-2)
F’dik li tista’ titqies bħala sorpriża, Marsaxlokk Brown’s żammew lil Marsaskala ESC fi draw, riżultat li jista’ jkollu konsegwenzi aktar gravi għal Marsaskala fit-tentattiv li jilagħbu fil-Kampjonat Premier.
Ix-Xlukkajri wieġbu f’żewġ okkażjonijiet wara li Marsaskala ħadu vantaġġ ta’ 2-0 u 3-2 rispettivament. Bence Batori għamilhom 5-3 favur l-Iskalin iżda Nikola Moskov u Max Zammit reġgħu ġabu d-draw sakemm Kyle Navarro ħalla lil Marsaskala minn fuq.
Marsaxlokk marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fit-tielet sessjoni b’doppjetta ta’ Moskov li għamlet l-iskor 8-7, bl-istess plejer jagħmilhom 9-8. Iżda sfortunatament il-logħba tiegħu ntemmet fl-aħħar attakk tas-sessjoni minħabba tkeċċija b’sostituzzjoni, deċiżjoni dubjuża li ħalliet impatt.
Marsaxlokk kienu sfurzati jilagħbu l-aħħar sessjoni bi plejer barrani wieħed iżda xorta qatt ma marru minn taħt fil-logħba. Finalment kien il-gowl ta’ Ferenc Salamon li evita t-telfa għal Marsaskala.
Marsaxlokk: Mi. Farrugia, C. Cutajar, B. Zammit, Ma. Farrugia, N. Moskov (6), J. Valletta, M. Zammit (3), M. Aquilina, R. Galea (1), S. Misic, E. Bonnici, L. Mallia, M. Brimmer, J. Gatt, J. Pawley
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, G. Galea, P. Privitera (1), R. Greco, F. Salamon (1), K. Navarro (1), D. Tully, D. Pace Lupi (1), G. Sammut, B. Batori (5), M. Carani (1), A. Muscat, J. Pace Mizzi, F. Scardino
Referees: Peter Balzan, Antonio Torneo
OTTERS NIVEA………………… 7
SLIEMA FRANK SALT……… 13
(1-3), (1-1), (3-4), (2-5)
Wara t-telfa fit-Tazza tal-President, Sliema Frank Salt bdew il-kampjonat tas-sajf bl-aħjar mod meta kif mistenni għelbu lil Otters Nivea. Nieqes għal Sliema kien hemm il-kowċ Dejan Savic u s-Serb Andrija Prlainovic għalkemm irritorna Jamie Gambin.
Jerome Gabarretta kien fetaħ l-iskor għal Sliema iżda Jovan Saric ġab id-draw fid-debutt tiegħu. Gabarretta u Dmitrii Kholod taw vantaġġ ta’ 3-1 u forsi ħafna ħasbu li Sliema kienu se jserrħu rashom kmieni.
Otters kellhom ħsibijiet oħra għaliex wara li Marko Jelaca naqqas id-distakk u Zach Mizzi ħallieh ta’ żewġ gowls, fit-tielet sessjoni, Otters saħansitra għamlu l-iskor 4-4 permezz ta’ doppjetta ta’ Saric.
Sliema wettqu reazzjoni u rnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ tliet gowls li minnu Otters qatt ma rkupraw minnu. Saric kien naqqas id-distakk għal 8-6 fil-bidu tal-aħħar sessjoni iżda Sliema serrħu rashom mir-rebħa b’gowl ieħor ta’ Kholod u penalty ta’ Dino Zammit. Minn hemm huma kellhom iċ-ċans li jkabbru d-distakk tar-rebħa.
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, D. Dimech, M. Meli, M. Jelaca (1), I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (1), J. Saric (4), M. Farrugia, A. Dimech, G. Gatt Ellis, K. Micallef, K. Saliba
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (3), L. Galea (1), J. Gambin (1), Z. Mizzi (1), B. Cachia, J. Cutajar, M. Mifsud (1), J. Brownrigg, D. Kholod (4), A. Prlainovic, D. Zammit (2), A. Bugeja, E. Schembri
Referees: Stefan Licari, Arnaldo Petronilli
Grupp A
Ilbieraħ
M’xlokk v M’skala 10-10
Sirens v Exiles 13-6
Illum
Barracudas v San Ġiljan 5.30pm
Grupp B
Ilbieraħ
Otters v Sliema 7-13
Illum
Ta’ Xbiex v Valletta 6.35pm
Neptunes v Birżebbuġa 7.40pm
//= $special ?>