Internazzjonali

L-Italja: Silvio Berlusconi jerġa’ jiddaħħal l-isptar f’Milan

L-eks Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi,  reġa ddaħħal l-isptar 45 jum wara li kien rikoverat fil-kumpless (sptar) ta’ San Raffaele ta’ Milan.

Ħadd għalissa ma jaf il-kundizzjoni li jinsab fiha Berlusconi, il-Kap tal-Partit Forza Italia, li llum għandu 86 sena.

Berlusconi kien ħareġ mill-isptar ta’ San Raffaele fid-19 ta’ Mejju wara li hu kien trattat għal infezzjoni fil-pulmun relatata ma’ każ kroniku tal-leukaemia. Is-sorsi, intant, baqgħu ma qalux jekk is-sitwazzjoni tal-eks Prim Ministru tistax tkun ‘kritika’ fiċ-ċirkustanzi.