Rowen Camilleri
LUSSEMBURGU…0
MALTA………………1
Malta: H. Bonello, Z. Muscat, S. Borg, F. Apap (J. Borg 82’), R. Camenzuli, J. Mbong (J. Corbalan 76’), J. Grech (B. Kristensen 46’), M. Guillaumier, Y. Yankam, L. Montebello (K. Nwoko 46’), J. Jones
Lussemburgu: R. Schon (T. Pereira 46’), F. Bohnert, M. Chanot (F. Lohei 65’), D. Carlson, L. Jans, T. Rupli (A. Curci 65’), C. M. Pereira (D. Sinani 74’), L. Barreiro, Y. B. Sanches (E. Dzogovic 74’), M. Olesen, G. Rodrigues
Referee: Eldorjan Hamiti (ALB)
Skorja: K. Nwoko 64’ (MLT)
It-tim nazzjonali Malti barra minn daru għeleb lil dak tal-Lussemburgu bl-iskor ta’ 1-0 f’partita li kienet parti mill-preparazzjoni għall-konfronti komoetittivi li ġejjin kontra l-Ingilterra u l-Ukrajna.
It-tim Malti bagħta xi ftit fl-ewwel taqsima fejn kien kontinwament taħt pressjoni mill-avversarji, iżda fit-tieni taqsima il-plejers Maltin urew titjieb fil-logħob u kien gowl tas-sostitut Kyrian Nwoko li ta rebħa lil-iskwadra mmexxija minn Michele Marcolini.
Wara sitt minuti Malta fuq l-attakk permezz ta’ free-kick insidjuż ta’ Jodi Jones li ħoloq paniku fid-difiża tal-avversarji iżda fl-aħħar id-difiża rnexxielha ttajjar il-periklu.
Żewġ minuti wara l-Lussemburgu jwettqu reazzjoni fejn kien Gerson Rodrigues li ttanta xortiħ minn barra l-kaxxa bil-goalkeeper Malti Bonello jirrispondi b’save mill-isbaħ u dawwar f’korner.
Il-Maltin kienu kostretti jiddefendu għal aktar minn 20 minuta u fis-36 minuta ħlisniha ħafif meta l-free-kick dirett u b’saħħtu ta’ Rodrigues stampa mal-mimduda u jkum imtajjar mid-difiża Maltija. L-ewwel tawsima titemm kif bdiet bir-riżultat jibqa’ ma jinfetaħx.
L-ewwel azzjoni denja ta’ waslet mil-Lussemburgu fit-53 minuta mis-solitu Gerson Rodrigues li wara azzjoni personali
Fis-57 minuta free-kick dirett ta’ Jodi Jones għoddu ħasad lil- goalkeeper sostitut Pereira li dawwar f’korner biex mill-istess korner li kien mogħti minn Guillaumier kien Zach Muscat li ra l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-lasta.
Fit-62 minuta free-kick dirett ta’ Jodi Jones u save mill-isbaħ minn Pereira li dawwar f’korner, biex mill-istess korner il-Maltin fethu l-iskor meta l-kross ta’ Guillaumier sab lis-sostitut Kyrian Nwoko li bir-ras għeleb lill-goalkeeper tal-Lussemburgu u l-Maltin fil-vantaġġ.
Ħarba ohra ta’ Jodi Jones fis-77 minuta wara li rċieva mingħand Ryan Camenzuli, iżda l-plejer ta’ Notts County żbalja l-konklużjoni u l-ballun baqa’ sejjer barra.
Minkejja t-tentattivi tal-Lussemburgu, il-Maltin baqgħu ikkonċernati u żammew il-gowl vantaġġ sat-tisfira finali tar-referee mill-Albanija Eldorjan Hamiti.
//= $special ?>