Atletika

Triathlon: Birkirkara St. Joseph bit-tielet tellieqa Triathlon din is-sena

Birkirkara St Joseph Sports Club se jorganizza l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon fis-Salina nhar il-Ħadd li ġej.

It-tellieqa hija t-tielet triathlon organizzata mill-klabb din is-sena wara li f’Mejju fis-Salina saret it-tieni tiġrija tal-BSJ Go & Fun Triathlon Series li kienet fuq distanza Olimpika.

F’din it-tellieqa l-atleti kkompetew f’għawma ta’ 1500 metru, 40km cikliżmu u ġirja ta’ 10km tul it-triq tal-kosta tas-Salina.

Filwaqt li l-favoriti tat-tellieqa, it-triatleti tal-klabb ta’ Birkirkara Saint Joseph Keith Galea u Krista Kuusijarvi rebħu dakinhar, kien hemm xi sorpriżi matul it-triq, l-ewwel waħda kienet fl-għawma, meta Nicholas Sammut ta’ Agones SFC li kien l-ewwel barra mill-ilma b’distakk konsidervoli fuq l-atleta favorit, Keith Galea.

Fuq il-korsa tar-rota, Galea mexa fuq quddiem iżda saru tentattivi biex jgħelbuħ partikolrament waqt l-ġirja, meta Roberto Briffa, li rreġistra l-aħjar ħin tal-ġurnata, ħareġ mit-tranżazzjoni wara Galea.

B’Galea issa fuq quddiem b’distakk komdu, it-tellieqa varjat għall-postijiet tal-podju li eventualment ittieħdu minn Josef Azzopardi (TriGozo) u Steve Ritchie (Bkara SJ). Ma kien hemm l-ebda sorprizi għat-tiġrija tan-nisa b’Kuusijarvi fuq quddiem nett qabel Clara Attard Formosa (St. Patrick’s) u Denise Cortis (Agones SFC) li kisbu t-tieni u tielet post rispettivament.

Il-Kampjonati Nazzjonali tal-Ħadd se jsiru taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon. L-atleti kollha reġistrati mill-Federazzjoni jkunu eliġibbli biex jikkompetu għat-trofej ġenerali u tal-gruppi ta’ età. Madankollu l-Club se jaċċetta triatleti mhux irreġistrati mal-Federazzjoni li jixtiequ jieħdu sehem dakinhar fl-Isprint Distance (750m għawma, 20km rota u girja ta’ 5km ).