Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara ħabta fil-Mellieħa

Anzjan ta’ 75 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ waranofsinhar kien involut f’ħabta bejn żewġ vetturi fil-Mellieħa.

Il-każ seħħ fis-2:30pm fi Triq il-Marfa.

L-anzjan residenti San Pawl il-Baħar kien qed isuq Ford Ka, illi ħabtet ma’ Peugeot Expert misjuq minn żagħżugħ Ġermaniż ta’ 29 sena.

L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.