Kienet lejla ta’ suċċess l-ewwel edizzjoni tal-”Premju Formidabbli”…premju bil-għan li jingħata rikonoxximent lil dawk bi sfidi fil-ħajja iżda li baqgħu għaddejjin b’ħidma kotinwa b’risq soċjetà aħjar.
Il-moħħ wara s-serata tal-Premju Formidabbli kien id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Ivan Bartolo fejn dawk kollha li attendew kienu xhieda ta’ ċelebrazzjoni tal-ħajja.
Waqt id-diskors tiegħu d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li wara ħidma bla qatigħ din l-idea saret realtà. Huwa tkellem dwar l-għanijiet kollha wara dan il-premju fosthom li nperċu xogħol moħbi fis-skiet f’ħajja ordinarja.
Barra minn hekk, Ivan Bartolo qal li l-”Premju Formidabbli” jiġi premjat għall-valuri li jgħix u għal għemejjel xierqa tal-individwu. Jiġi premjat għax minkejja l-isfidi baqa’ jħares ‘il quddiem u jagħti kontribut siewi lil pajjiżna.
Il-Premju Formidabbli ngħata lil David Borda li jbati mill-marda tal-Parkinsons u minkejja l-isfidi kollha li kellu baqa’ jissielet u baqa’ jimbotta sabiex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu kif ukoll ta’ dawk ta’ madwaru.

David Borda dejjem għamel il-ġid fis-skiet filwaqt li minkejja l-episodji iebsin li kellu dawn spiċċaw saħħuħ. Borda tinteressah il-politika….politika nadifa li minnha joħroġ il-ġid.
Wara li ngħata l-premju David Borda qal li dak kollu li jagħmel jagħmlu minn qalbu filwaqt li esprima li din kienet verament sorpriża sabiħa u li jinsab bla kliem.
Preżenti għal din is-serata kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione kif ukoll diversi deputati miż-żewġ naħat tal-kamra.
//= $special ?>