Sport Waterpolo

Ebda sorpriża fit-tliet logħbiet

Stewart Said

NEPTUNES VIDEOSLOTS……… 18

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……… 9

(5-2), (4-0), (5-3), (4-4)

Neptunes Videoslots taw twissija tal-potenzjal tagħhom b’rebħa netta fuq Birżebbuġa Freeport. Prestazzjoni pożittiva għalihom li għall-ewwel darba din is-sena kienu bit-tim komplet hekk kif anki rritornaw Stevie Camilleri u Jake Muscat wara staġun barra mill-pajjiż.

It-tim tal-Balluta fetaħ b’saħħtu u ħa vantaġġ ta’ tliet gowls, vantaġġ li qatt ma tilfu. L-ewwel gowls waslu minn Muscat, Aleksandar Ivovic u Mark Castillo. Birżebbuġa pruvaw jidħlu ftit fil-logħba iżda Neptunes żammew il-vantaġġ ta’ tliet gowls.

Fit-tieni sessjoni, Neptunes għalqu l-logħba b’erba’ gowls mingħajr risposta u b’hekk kabbru l-vantaġġ għal 9-2. Niżżel ismu fost l-iskorers Stevie Camilleri. Neptunes baqgħu jikkmandaw il-logħba fit-tielet sessjoni, b’Filipovic jispikka b’gowl minn nofs il-pitch. Fl-aħħar sessjoni, id-distakk kiber għal 13-il gowl, bit-tim ta’ Pierre Borg jiskorja tliet gowls fl-aħħar parti tal-logħba biex naqqas id-distakk.

Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (2), S. Gialanze (1), G. Pace (2), M. Castillo (1), J. Bajada, S. Camilleri (4), J. Camilleri, A. Ivovic (4), F. Filipovic (3), A. Fenech, E. Mallia (1), M. Rossi, D. Bugeja, A. Fava

Birżebbuġa: M. Sladden, P. Borg (1), N. Cassar, B. Grech, D. Brguljan (2), M. Manara (1), R. Spiteri, D. Cutajar, B. Erdelyi (1), K. Tanti (3), G. Mannino (1), M. Curmi, C. Borg, J. Sciberras, D. Farrugia

Referees: Massimo Angileri, Antonio Torneo

BARRACUDAS…………………………. 11

SAN ĠILJAN JP PROJECTS…….. 22

(1-3), (2-3), (3-10), (5-6)

Rebħa faċli għal San Ġiljan JP Projects kif mistenni. Il-logħba ftit kellha tattiċi riġidi, b’San Ġiljan jgħollu l-livell fit-tielet sessjoni. Il-kowċ Zeljko Kovacic għażel li jagħti l-mistrieħ liż-żewġ barranin Aaron Younger u Maro Jokovic.

San Ġiljan ħadu l-vantaġġ bi tliet gowls konsekuttivi wara gowl bikri ta’ Barracudas. Il-vantaġġ kiber għal 6-1 sakemm Ivan Gusarov u Radovan Latinovic naqqsu d-distakk.

Iżda fit-tielet sessjoni apparti li d-distakk kiber għal 10-3, San Ġiljan irnexxielhom isibu x-xibka għaxar darbiet, bil-captain Matthew Zammit jiskorja erbgħa minnhom. L-aħħar sessjoni serviet biss biex jilagħbu plejers li ftit isibu spazju filwaqt li diversi plejers kellhom iċ-ċans iniżżlu isimhom fost l-iskorers.

Barracudas: I. Schembri, N. Majstorovic (1), A. Magri (2), P. Micallef, D. Ciantar, R. Sciortino, I. Gusarov (4), R. Latinovic (2), L. Paris Roding, S. Apap, A. Mifsud (1), T.J. Mifsud (1), M. Borg, S. Debono Grech, W. Ruggier

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (2), A. Galea, B. Plumpton, R. Caruana (3), M. Zammit (4), J. Bonavia (1), K. Calleja (1), J. Abela (3), N. Zammit (4), D. Zammit (2), S. Cutajar, G. Borg, G. Bonavia (1), N. Bonavia (1)

Referees: Antonio Torneo, Neville Mercieca

TA’ XBIEX AMIGOS………………… 10

VALLETTA IZIBET………………….. 17

(2-5), (2-3), (3-6), (3-3)

Valletta Izibet fetħu l-Fażi Preliminari bl-aħjar mod possibbli b’rebħa meritata kontra Ta’ Xbiex Amigos. Spikka r-Russu Ivan Nagaev b’seba’ gowls, plejer li flimkien ma’ Andrija Vlahovic għandhom jiswew lit-tim ta’ Joe Cremona.

Il-Beltin wieġbu mill-ewwel wara l-gowl inizjali ta’ Kristijan Milakovic u ħadu vantaġġ ta’ 4-1 b’Nagaev jiskorja tnejn minnhom. Id-distakk kiber għal 8-2 fit-tieni sessjoni u din id-darba kien imiss lil Vlahovic li jiskorja doppjetta.

F’dan il-mument, Ta’ Xbiex dehru maqtugħa iżda doppjetta ta’ Uros Vasic naqqset id-distakk għal 8-4 u f’mument fit-tielet sessjoni, id-distakk niżel għal 9-6.

Valletta għarfu l-potenzjal periklu li jista’ jkollhom u rnexxielhom jaċċertaw mir-rebħa b’erba’ gowls konsekuttivi minn erba’ plejers differenti. L-aħħar sessjoni kienet formalità b’Valletta jikkontrollaw mingħajr diffikultà.

Ta’ Xbiex: M. Vassallo, N. Schiavone (1), L. Montebello Brownrigg, L. Grech Carr, K. Grech, R. Mock (1), J. Saliba, K. Milakovic (2), U. Vasic (3), J. Culic, Z. Bartolo, J. Farrugia, G. Galea Curmi, M. Ortoleva (3), K. Agius

Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, D. Rizzo (1), J. Cassar (1), S. Busuttil, A. Vlahovic (4), D. Paolella, I. Nagaev (7), S. Micallef (2), J. Chircop (1), K. Borg (1), K. Cremona, A. Theuma, M. Demarco

Referees: Ronnie Spiteri, Arnaldo Petronilli