Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon l-Environmental Impact Assessment li ġie ppubblikat illum dwar il-bżonn tat-tieni interconnector għas-sigurtà tal-provvista tal-Enerġija għal pajjiżna.
Il-ħtieġa tat-tieni interconnector ilha snin twal tkun proposta fil-pjan fit-tul tal-Partit Nazzjonalista għall-Enerġija, tant li t-terminazzjoni f’Ragusa kienet sa mill-bidu ddiżinjata għal aktar minn interconnector wieħed. Din il-proposta kienet ukoll parti integrali mill-pjan fit-tul għall-Enerġija li l-Partit Nazzjonalista kien ippubblika fl-2021.
Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li llum, il-Gvern fl-aħħar fehem li din hi proposta meħtieġa biex pajjiżna jsaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-Enerġija, jikkumplimenta l-qalba għall-enerġija rinnovabbli u jħaffef il-proċess biex inaqqas l-emmissjonijiet.
Dan intqal fi stqarrija tad-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut.
//= $special ?>