Lokali

Il-Forzi Armati ta’ Malta jsalvaw raġel wara li ġarrab xi ġrieħi fuq bastiment

Ritratt: Forzi Armati ta' Malta

Il-Ġimgħa waranofsinhar RCC Malta rċiviet telefonta li hemm membru fuq bastiment li għandu bżonn l-assistenza medika. Dan wara li ġarrab xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem fuq bastiment tas-sajd.

Il-Forzi Armati ta’ Malta ġew infurmati b’dan il-każ u marru fil-post fejn evakwaw lir-raġel minn fuq il-bastiment.

Aktar tard ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.