Il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jsaħħaħ il-politika Ambjentali tiegħu billi jagħti l-eżempju f’daru stess.
Dan hekk kif fl-aħħar jiem, fuq il-bejt tad-Dar Ċentrali kienu installati pannelli fotovoltajċi. Dan l-investiment jgħin lill-Partit Nazzjonalista biex ikun aktar sostenibbli fl-użu tal-elettriku.
Filwaqt li jirringrazzja wkoll lid-donaturi li regolarment jgħinu fil-ħidma tiegħu, il-Partit Nazzjonalista jtenni li dan hu biss l-ewwel pass, hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin, diversi każini tal-Partit se jgawdu wkoll minn din l-inizjattiva.
//= $special ?>