Internazzjonali

Kolombja: Tfal jinstabu ħajjin wara li qattgħu ħames ġimgħat f’ġungla

Ritratt: Sky News

Tlett itfal u tarbija ta’ 11-il xahar, instabu ħajjin fil-ġungla Kolombjana ħames ġimgħat wara li l-ajruplan li kienu qed jivvjaġġaw fuqu ġġarraf.

F’din it-traġedja tliet adulti, inkluż il-bdot, sfortunatament tilfu ħajjithom.

It-tfal, li huma aħwa, kienu salvati mill-militar Kolumbjan ftit il-bogħod miż-żona fejn iġġarraf l-ajruplan.

Il-President Kolumbjan Gustav Petro esprima ferħ għas-salvataġġ tagħhom.  It-tfal ittieħdu Bogota għal evalwazzjoni medika, b’għadd ta’ suldati u voluntiera jieħdu ħsiebhom. Barra minn hekk ingħad li t-tfal kellhom xi għarfien dwar kif jgħixu fil-foresti tropikali.