Lokali

Pressjoni fuq il-Gvern biex iħares il-bżonnijiet tal-annimali

Grupp ta’ attivisti favur l-annimali – bl-isem ‘il-Vuċi tal-Annimali’ – qed isejjaħ lill-Prim Ministru Robert Abela sabiex jieħu azzjoni kontra l-moħqrija tal-annimali, filwaqt li jżid l-infurzar u l-liġijiet li jipproteġu l-benesseri tal-annimali.    

L-attivisti favur l-annimali, f’ittra miftuħa mibgħuta lil Robert Abela, stqarrew li qed tinħass ħtieġa kbira biex jittieħdu miżuri ċari favur il-ħajja tal-annimali.

NetNews tkellem ma’ Althea Galea illi spjegatilna x’inhuma l-passi li qed jistennew li jittieħdu, fosthom diversi liġijiet li għandhom jiġu fis-seħħ u infurzati.

L-għaqda ilha żmien twil titnsisti li d-Dipartiment tal-Animal Welfare m’għandux jopera bħalha santwarju bħal ma qiegħed bħalissa, waqt li fl-istess ħin huwa ir-regolatur u għandu d-dmir tal-infurzar.

Fl-aħħar ġimgħat, il-Partit Nazzjonalista appella sabiex il-Gvern jara li jingħataw postijiet adekwati bi spazji miftuħin kif suppost biex kull santwarju jkun jista’ jiġi konformi mal-Liġi li qed tiġi proposta. U allura, ikollhom biżżejjed spazju biex kull kelb ikun jista’ jgħix ħajja dinjituża kif tixraqlu u mhux jipprova jillapazza l-Liġi kif jaqbel lilu u l-interessi tiegħu.

Ritratt: Vuċi għall-Annimali